Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AP0141

    P8_TA(2017)0141 Programm tal-UE għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar u l-awditjar ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perijodu 2014-2020 (COM(2016)0202 – C8-0145/2016 – 2016/0110(COD)) P8_TC1-COD(2016)0110 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta’ Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perijodu 2014-2020

    ĠU C 298, 23.8.2018, p. 349–349 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/349


    P8_TA(2017)0141

    Programm tal-UE għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar u l-awditjar ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perijodu 2014-2020 (COM(2016)0202 – C8-0145/2016 – 2016/0110(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2018/C 298/52)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0202),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0145/2016),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016 (1),

    wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Marzu 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0291/2016),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 147.


    P8_TC1-COD(2016)0110

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' April 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta’ Programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perijodu 2014-2020

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/827.)


    Top