Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62018CN0149

    Kawża C-149/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fis-26 ta’ Frar 2018 – Agostinho da Silva Martins vs Dekra Claims Services Portugal SA

    ĠU C 161, 7.5.2018, p. 41—41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/41


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fis-26 ta’ Frar 2018 – Agostinho da Silva Martins vs Dekra Claims Services Portugal SA

    (Kawża C-149/18)

    (2018/C 161/45)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal da Relação de Lisboa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Agostinho da Silva Martins

    Konvenuta: Dekra Claims Services Portugal SA

    Domandi preliminari

    a)

    Għandu jitqies li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Portugall tipprevali bħala regola imperattiva derogatorja, fis-sens tal-Artikolu 16 tar-Regolament “Ruma II” (1)?

    b)

    Din l-istess leġiżlazzjoni tista’ tinftiehem bħala dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju li tistabbilixxi regola ta’ kunflitt ta’ liġijiet, fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolament “Ruma II”?

    c)

    Din tista’ tinftiehem fis-sens li fir-rigward ta’ ċittadin Portugiż li ġarrab inċident tat-traffiku fi Spanja, għandha tapplika r-regola ta’ preskrizzjoni prevista fl-Artikolu 498(3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż, fis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/103/KE (2)?


    (1)  Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU 2007, L 199, p. 40).

    (2)  Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).


    Início