This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0081
Case T-81/18: Action brought on 09/02/2018 — Barata v Parliament
Kawża T-81/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – Barata vs Il-Parlament
Kawża T-81/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – Barata vs Il-Parlament
ĠU C 142, 23.4.2018, p. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/53 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – Barata vs Il-Parlament
(Kawża T-81/18)
(2018/C 142/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Joao Miguel Barata (Evere, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta u V. Villante, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
bħala kwistjoni preliminari, fejn ikun xieraq, tiddikjara l-invalidità u l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal f’din il-proċedura taħt l-Artikolu 277 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2017 tal-Parlament Ewropew, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2017; |
— |
tannulla, it-tieni nett, id-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Marzu 2017 tad-Direttur tal-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani li ma jinkludux lir-rikorrent fl-abbozz tal-lista tal-uffiċjali magħżula għall-programm ta’ taħriġ taħt il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tal-2016, u li jiċħdu t-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid taħt l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
— |
tannulla, it-tielet nett, id-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2016 tal-Parlament Ewropew li tinnotifika lir-rikorrent bir-riżultati tiegħu u li ma tinkludihx fil-lista tal-uffiċjali magħżula għall-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tal-2016; |
— |
tannulla, ir-raba’ nett, id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2017 li tinforma lir-rikorrent li huwa ġie kklassifikat bħala s-36 minn 87 applikazzjoni għall-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tal-2016, bir-riżultat li ismu ma jidhirx fl-abbozz tal-lista rilevanti; |
— |
tannulla, il-ħames nett, id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tiċħad li teżamina mill-ġdid l-evalwazzjoni u l-punteġġ tar-rikorrent u li teskludih mill-imsemmija proċedura ta’ ċertifikazzjoni; |
— |
tannulla, is-sitt nett, l-avviż ta’ kompetizzjoni interna 2016/014 tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2016; |
— |
tannulla, fl-aħħar nett, kollu kemm hu, l-abbozz tal-lista tal-Parlament Ewropew tal-uffiċjali magħżula biex jieħdu sehem fl-imsemmi programm ta’ taħriġ; |
— |
tagħti lir-rikorrenti d-danni fl-ammont ta’ EUR 50 000; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, il-ksur tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal, żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ fatti u dokumenti rilevanti, il-ksur tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, barra minn hekk, eċċezzjoni ta’ illegalità u inapplikabbiltà relatata mal-allegata illegalità u inapplikabbiltà tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-inkompetenza, il-ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni u tal-Artikolu 30 tar-Regolamenti tal-Persunal flimkien mal-Anness III ta’ dawn ir-regolamenti kif ukoll tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba taħt l-Artikolu 41 tal-Karta u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u l-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tar-Regolament Nru 1/58 (1), il-ksur tal-Artikoli 1d u 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, u l-ksur tal-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III ta’ dawn ir-regolamenti u ksur ieħor tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni. |
(1) Ir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).