Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0629

Kawża T-629/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 1 ta’ Marzu 2018 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbun) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbun — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli fuq żarbun — Raġuni relattiva għal rifjut — Dannu għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

ĠU C 142, 23.4.2018, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 1 ta’ Marzu 2018 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbun)

(Kawża T-629/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbun - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli fuq żarbun - Raġuni relattiva għal rifjut - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2018/C 142/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u A. Söder, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Fowler u I. Junkar, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 597/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas u Shoe Branding Europe.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Shoe Branding Europe BVBA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


Top