This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0307
Case C-307/16: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 28 February 2018 (request for a preliminary ruling from the Naczelny Sąd Administracyjny — Poland) — Stanisław Pieńkowski v Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie (Reference for a preliminary ruling — Directive 2006/112/EC — Value added tax (VAT) — Article 131 — Article 146(1)(b) — Article 147 — Exemptions on exportation — Article 273 — Legislation of a Member State making the benefit of the exemption subject to the attainment of a minimum level of turnover or the conclusion of an agreement with a person authorised to make VAT refunds to travellers)
Kawża C-307/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Stanisław Pieńkowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/112/KE — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Artikolu 131 — Artikolu 146(1)(b) — Artikolu 147 — Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni — Artikolu 273 — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-benefiċċju tal-eżenzjoni kemm għall-fatt li twettaq dħul mill-bejgħ għal ammont minimu, kemm għall-fatt li ġie konkluż kuntratt ma’ operatur awtorizzat li jwettaq ir-rimbors tal-VAT lill-vjaġġaturi)

ĠU C 142, 23.4.2018, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Stanisław Pieńkowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie
(Kawża C-307/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Artikolu 131 - Artikolu 146(1)(b) - Artikolu 147 - Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni - Artikolu 273 - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-benefiċċju tal-eżenzjoni kemm għall-fatt li twettaq dħul mill-bejgħ għal ammont minimu, kemm għall-fatt li ġie konkluż kuntratt ma’ operatur awtorizzat li jwettaq ir-rimbors tal-VAT lill-vjaġġaturi))
(2018/C 142/06)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stanisław Pieńkowski
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie
Dispożittiv
L-Artikolu 131, l-Artikolu 146(1)(b), kif ukoll l-Artikoli 147 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest ta’ kunsinna għall-esportazzjoni ta’ oġġetti li ser jinġarru fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi, il-bejjiegħ suġġett għat-taxxa għandu jkun għamel dħul mill-bejgħ għal ammont minimu matul is-sena fiskali preċedenti, jew dan tal-aħħar għandu jkun ikkonkluda kuntratt ma’ operatur awtorizzat sabiex jipproċedi għar-rimborsi ta’ taxxa fuq il-valur miżjud lill-vjaġġaturi, meta unikament in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet għandu bħala konsegwenza li jiġi miċħud definittivament mill-eżenzjoni ta’ din il-kunsinna.