EUR-Lex Ingång till EU-rätten

Tillbaka till EUR-Lex förstasida

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 62017CN0725

Kawża C-725/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fis-27 ta’ Diċembru 2017 – “Toplofikatsia Sofia” EAD vs Mitko Simeonov Dimitrov

ĠU C 94, 12.3.2018, s. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fis-27 ta’ Diċembru 2017 – “Toplofikatsia Sofia” EAD vs Mitko Simeonov Dimitrov

(Kawża C-725/17)

(2018/C 094/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Toplofikatsia Sofia” EAD

Konvenut: Mitko Simeonov Dimitrov

Domandi preliminari

1)

Fil-każ li dd-Direttiva [2011/83] (1) effettivament teskludi dispożizzjonijiet normattivi tad-dritt kuntrattwali tradizzjonali dwar il-konklużjoni ta’ kuntratti, din id-direttiva teskludi leġiżlazzjoni dwar dan il-każ ineżami, li huwa każ ferm atipiku previst fil-liġi, dwar il-ħolqien ta’ relazzjoni kuntrattwali?

2)

Fil-każ li d-Direttiva ma teskludix tali leġiżlazzjoni f’dan il-każ, jista’ jingħad li hemm kuntratt fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva? Fin-negattiv, x’jista’ jingħad li hemm? Irrispettivament minn jekk hemmx kuntratt jew le, l-imsemmija direttiva hija applikabbli fil-każ ineżami?

3)

Dan it-tip ta’ kuntratt konkluż de facto huwa rregolat mid-Direttiva, irrispettivament mill-mument tal-konklużjoni tiegħu jew din id-direttiva tapplika biss għal residenzi li jkunu għadhom kemm ġew akkwistati jew, saħansitra b’mod iktar limitat, għal residenzi li jkunu għadhom kemm inbnew (jiġifieri installazzjonijiet installati b’applikazzjoni għal konnessjoni man-netwerk għall-provvista tat-tisħin)?

4)

Jekk id-Direttiva hija applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tmur kontra l-Artikolu 5(1)(f), flimkien mal-Artikolu 5(2), li jirregolaw il-prinċipju legali dwar il-possibbiltà li r-relazzjoni legali tiġi tterminata?

5)

B’hekk, jekk ikun hemm kuntratt, dan għandu jkun konkluż f’forma partikolari, u x’għandu jkun il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tingħata lill-konsumatur (li għandu jitqies li huwa l-proprjetarju individwali ta’ residenza u mhux kondominju)? Il-fatt li tkun nieqsa informazzjoni, li ma tkunx ġiet ippreżentata fil-ħin u b’mod aċċessibbli, jipprekludi l-ħolqien ta’ relazzjoni legali?

6)

Hija meħtieġa applikazzjoni espliċita li tesprimi x-xewqa formali min-naħa tal-konsumatur li jkun parti f’tali relazzjoni legali?

7)

Jekk ikun konkluż kuntratt, informali jew formali, it-tisħin tal-partijiet komuni tal-bini (b’mod partikolari t-trombi tat-taraġ), jagħmel parti mill-ftehim u l-konsumatur ikun meqjus li ordna dan is-servizz fis-sehem tiegħu jekk ma jkunx hemm applikazzjoni espliċita għal dan min-naħa tiegħu jew saħansitra mill-kondominju kollu (pereżempju meta r-radjaturi jkunu tneħħew, li hija l-ipoteżi l-iktar komuni, u l-esperti ma jkunux indikaw il-konnessjonijiet għat-tisħin fil-partijiet komuni tal-bini)?

8)

F’dan il-kuntest, sabiex jitqies jekk il-proprjetarju huwiex il-konsumatur li applika għat-tisħin tal-partijiet komuni tal-bini, huwa rilevanti (u jagħmel differenza) jekk dan ikunx waqqaf it-tisħin fl-appartament individwali tiegħu?


(1)  Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 304, p. 64).


Upp