EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0714

Kawża T-714/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2017 – Aeris Invest vs SRB

ĠU C 437, 18.12.2017, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/42


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2017 – Aeris Invest vs SRB

(Kawża T-714/17)

(2017/C 437/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aeris Invest Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Roca Junyent, J. Calvo Costa, R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ Banco Popular Español, S.A. li kienu proprjetà tagħha;

tikkundanna lill-Bord iħallas lir-rikorrenti kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”);

prinċipalment, tordna r-rimbors tal-investimenti magħmula li jammontaw għal EUR 113 022 558,44 f’azzjonijiet tal-Banco Popular;

sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 93,74 miljun għall-azzjonijiet; jew, alternattivament,

sussidjarjament, tordna l-ħlas ta’ EUR 54,29 miljun;

tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;

tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.


Top