Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0223

    Kawża C-223/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Casertana Costruzioni Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Agenzia Regionale Campana per la Difesa del Suolo – A.R.CA.DI.S. [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 47(2) u Artikolu 48(3) — Offerent li joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti — Telf minn dawn l-entitajiet tal-kapaċitajiet mitluba — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni tal-offerent fis-sejħa għal offerti u li tattribwixxi l-kuntratt lil kompetitur]

    ĠU C 382, 13.11.2017, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/23


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Casertana Costruzioni Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Agenzia Regionale Campana per la Difesa del Suolo – A.R.CA.DI.S.

    (Kawża C-223/16) (1)

    ([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 47(2) u Artikolu 48(3) - Offerent li joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti - Telf minn dawn l-entitajiet tal-kapaċitajiet mitluba - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni tal-offerent fis-sejħa għal offerti u li tattribwixxi l-kuntratt lil kompetitur])

    (2017/C 382/26)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Casertana Costruzioni Srl

    Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Agenzia Regionale Campana per la Difesa del Suolo – A.R.CA.DI.S.

    fil-preżenza ta’: Consorzio Stabile Infratech, W.E.E. Water Environment Energy SpA, Massimo Fontana, Studio Tecnico Associato Thinkd, Claudio Della Rocca, Nicola Maione, Vittorio Ciotola, Fin.Se.Co. SpA, Edilgen SpA, Site Srl

    Dispożittiv

    L-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà għall-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw f’sejħa għal offerti li jissostitwixxu impriża awżiljarja li tkun tilfet il-kwalifiki meħtieġa wara li tkun issottomettiet l-offerta tagħha u bil-konsegwenza tal-esklużjoni awtomatika ta’ dan l-operatur.


    (1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


    Top