This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TB0481
Case T-481/16 RENV: Order of the General Court of 17 May 2017 — Cuallado Martorell v Commission (Civil service — Recruitment — Open competition — Non-admission to the oral tests — Assessment of the written test — Decision not to include the applicant’s name on the reserve list — Possibility for a selection board to entrust the marking of the written tests to one of its members — Action in part manifestly inadmissible and in part manifestly lacking any foundation in law)
Kawża T-481/16 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2017 – Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali — Evalwazzjoni tal-eżami bil-miktub — Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva — Possibbiltà għal Bord tal-Għażla li jafda l-korrezzjoni tal-eżamijiet bil-miktub lil wieħed mill-membri tiegħu — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)
Kawża T-481/16 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2017 – Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali — Evalwazzjoni tal-eżami bil-miktub — Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva — Possibbiltà għal Bord tal-Għażla li jafda l-korrezzjoni tal-eżamijiet bil-miktub lil wieħed mill-membri tiegħu — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)
ĠU C 231, 17.7.2017, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/25 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2017 – Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-481/16 RENV) (1)
((“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali - Evalwazzjoni tal-eżami bil-miktub - Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva - Possibbiltà għal Bord tal-Għażla li jafda l-korrezzjoni tal-eżamijiet bil-miktub lil wieħed mill-membri tiegħu - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))
(2017/C 231/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Eva Cuallado Martorell (Valencia, Spanja) (rappreżentant: C. M. Pinto Cañón, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/130/08, organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), li r-rikorrenti ma tiġix ammessa sabiex tipparteċipa fl-eżami orali u ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn huwa indirizzat kontra d-deċiżjoni tal-EPSO mogħtija fl-14 ta’ Settembru 2009, għal dak li jirrigwarda l-ammissjoni tar-rikorrenti għall-eżami orali inkwistjoni. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt, sa fejn huwa indirizzat kontra d-deċiżjoni tal-EPSO mogħtija fit-23 ta’ Lulju 2009, li tinżamm il-marka eliminatorja ta’ 18/40 fl-aħħar eżami bil-miktub (c) u li tiġi rrifjutata l-ammissjoni ta’ E. Cuallado Martorell għall-eżami orali tal-kompetizzjoni. |
3) |
E. Cuallado Martorell u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti Ġenerali. |
4) |
E. Cuallado Martorell hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċedura li permezz tagħha l-kawża ntbagħtet lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll quddiem il-Qorti Ġenerali. |
(1) ĠU C 148, 5.6.2010 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bin-numru F-96/09, u sussegwentement mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara appell bin-numru F-96/09 RENV u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settemrbu 2016).