Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 62017CN0202

    Kawża C-202/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Peter Rebbe, Hans-Peter Rebbe, Harmine Rebbe vs TUIfly GmbH

    ĠU C 231, 17.7.2017, p. 12—12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 231/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Peter Rebbe, Hans-Peter Rebbe, Harmine Rebbe vs TUIfly GmbH

    (Kawża C-202/17)

    (2017/C 231/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Hannover

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Peter Rebbe, Hans-Peter Rebbe, Harmine Rebbe

    Konvenuta: TUIfly GmbH

    Domandi preliminari

    1)

    L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

    2)

    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

    3)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

    4)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


    (1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


    Į viršų