Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0240

Kawża C-240/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-10 ta’ Mejju 2017 – E.

ĠU C 213, 3.7.2017, pp. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-10 ta’ Mejju 2017 – E.

(Kawża C-240/17)

(2017/C 213/31)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E.

Konvenut: Maahanmuuttovirasto

Domandi preliminari

1)

L-obbligu ta’ konsultazzjoni bejn l-Istati kontraenti previst fl-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen għandu effett ġuridiku li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jinvoka fil-każ fejn Stat kontraenti jimponi kontrih projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju kollu taż-żona Schengen u deċiżjoni ta’ ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu minħabba li huwa jirrappreżenta perikolu għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika?

2)

Jekk l-Artikolu 25(2) tal-konvenzjoni diġà ċċitata huwa applikabbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ dħul, għandhom jinbdew il-konsultazzjonijiet qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ dħul, jew dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jitwettqu biss wara t-teħid tad-deċiżjoni ta’ ritorn u dik tal-projbizzjoni ta’ dħul?

3)

Jekk dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jitwettqu biss wara t-teħid tad-deċiżjoni ta’ ritorn u dik tal-projbizzjoni ta’ dħul, il-fatt li l-konsultazzjonijiet huma għaddejjin bejn l-Istati kontraenti u li l-Istat kontraenti l-ieħor ma ddikjarax jekk kellux l-intenzjoni jirtira l-permess ta’ residenza tal-ċittadin tal-pajjiż terz jostakola r-ritorn taċ-ċittadin tal-pajjiż terz fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u d-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju kollu taż-żona Schengen?

4)

Kif għandu jipproċedi Stat kontraenti fil-każ li l-Istat kontraenti li jkun ħareġ permess ta’ residenza, minkejja talbiet repetuti, ma ħax pożizzjoni dwar l-irtirar ta’ permess ta’ residenza li huwa ħareġ liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz?


Top