Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0867

    Kawża T-867/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Nomacorc vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 46, 13.2.2017, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/21


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Nomacorc vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-867/16)

    (2017/C 046/24)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Nomacorc (Thimister-Clermont, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Verschuur, M. Stroungi u L. Mélia, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) (1);

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589 (2) billi kklassifikat b’mod żbaljat id-deċiżjonijiet dwar il-qligħ eċċessiv bħala skema, u b’hekk wettqet diversi żbalji manifesti ta’ liġi, ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni kif ukoll tat motivazzjoni inadegwata.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE billi wettqet żball materjali ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta interpretat u applikat is-sistema ta’ riferiment għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ jekk id-deċiżjonijiet dwar il-qligħ eċċessiv jagħtux vantaġġ selettiv.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE billi stabbiliet b’mod żbaljat li d-deċiżjonijiet dwar il-qligħ eċċessiv jagħtu vantaġġ selettiv, u b’hekk wettqet diversi żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, naqset milli tiżvolġi eżami diliġenti u imparzjali u tat motivazzjoni inadegwata.


    (1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (notifikata bid-dokument numru C(2015) 9837) (ĠU L 260, p. 61)

    (2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, p. 9).


    Top