This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0256
Case C-256/15: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 15 December 2016 (request for a preliminary ruling from the Vrhovno sodišče Republike Slovenije — Slovenia) — Drago Nemec v Republika Slovenija (Reference for a preliminary ruling — Directive 2000/35/EC — Combating late payment — Jurisdiction of the Court — Transaction concluded before the accession of the Republic of Slovenia to the European Union — Scope — Concept of ‘commercial transaction’ — Concept of ‘undertaking’ — Maximum amount of interest for late payment)
Kawża C-256/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Drago Nemec vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2000/35/KE — Ġlieda kontra ħlas tardiv — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tranżazzjoni konkluża qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tas-Slovenja mal-Unjoni Ewropea — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “transazzjoni kummerċjali” — Kunċett ta’ “intrapriża” — Ammont massimu tal-interessi moratorji)
Kawża C-256/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Drago Nemec vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2000/35/KE — Ġlieda kontra ħlas tardiv — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tranżazzjoni konkluża qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tas-Slovenja mal-Unjoni Ewropea — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ “transazzjoni kummerċjali” — Kunċett ta’ “intrapriża” — Ammont massimu tal-interessi moratorji)
ĠU C 46, 13.2.2017, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Drago Nemec vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-256/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2000/35/KE - Ġlieda kontra ħlas tardiv - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tranżazzjoni konkluża qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tas-Slovenja mal-Unjoni Ewropea - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “transazzjoni kummerċjali” - Kunċett ta’ “intrapriża” - Ammont massimu tal-interessi moratorji))
(2017/C 046/05)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Drago Nemec
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Dispożittiv
1) |
Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard [ħlas tardiv] fi tranżazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li għandha liċenzja biex teżerċita attività bħala artiġjan indipendenti għandha titqies bħala “intrapriża” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u t-tranżazzjoni li din tikkonkludi għandha titqies bħala “transazzjonijiet kummerċjali” fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, jekk, minkejja li ma tidħolx taħt l-attivitajiet ikkonċernati minn din il-liċenzja, din it-tranżazzjoni ssir fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika jew professjonali indipendenti strutturata u stabbli, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ. |
2) |
Id-Direttiva 2000/35 għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 376 tal-Obligacijski zakonik (il-kodiċi tal-obbligi), li jipprevedi li l-interessi moratorji dovuti iżda mhux imħallsa jieqfu jiddekorru meta l-ammont tagħhom jilħaq lil dak tas-somma kapitali ewlenija. |