EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0423

Kawża C-423/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2015 – Nils-Johannes Kratzer vs R+V Allgemeine Versicherung AG

ĠU C 320, 28.9.2015, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2015 – Nils-Johannes Kratzer vs R+V Allgemeine Versicherung AG

(Kawża C-423/15)

(2015/C 320/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nils-Johannes Kratzer

Konvenuta: R+V Allgemeine Versicherung AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) u l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna tfittex “aċċess għall-impjieg jew xogħol”, meta kif jirriżulta mill-applikazzjoni tagħha, mhux qed tfittex reklutaġġ u impjieg, iżda sempliċement status bħala applikant, sabiex tkun tista’ tressaq talba għal kumpens?

2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

Tista’ sitwazzjoni, li fiha l-istatus bħala applikant inkiseb mhux għal għanijiet ta’ reklutaġġ u ta’ impijeg, iżda bl-għan li ssir talba għal kumpens, titqies bħala abbuż ta’ dritt skont id-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.

(2)  ĠU L 204, p. 23.


Top