Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0594

Kawża C-594/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Simona Kornhaas vs Thomas Dithmar bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ Kornhaas Montage und Dienstleistung Ltd

ĠU C 127, 20.4.2015, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Simona Kornhaas vs Thomas Dithmar bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ Kornhaas Montage und Dienstleistung Ltd

(Kawża C-594/14)

(2015/C 127/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Simona Kornhaas

Konvenut: Thomas Dithmar bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ Kornhaas Montage und Dienstleistung Ltd

Domandi preliminari

a)

Kawża quddiem qorti Ġermaniża kontra d-direttur ta’ “private company limited by shares” irregolata mid-dritt Ingliż jew ta’ Wales, li hija s-suġġett ta’ proċeduri ta’ insolvenza mibdija fil-Ġermanja skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament 1346/2000 (1), mill-amministratur (“Insolvenzverwalter”) għar-rimbors tal-ħlasijiet li saru mid-direttur qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza iżda wara l-okkorrenza tal-insolvenza tal-kumpannija, tikkonċerna il-liġi Ġermaniża applikabbli fil-qasam tal-insolvenza fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1346/2000?

b)

Tali kawża tikser il-libertà ta’ stabbiliment fis-sens tal-Artikoli 49, 54 TFUE?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).


Top