Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XX0228(03)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas- 17 ta’ Ottubru 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbut mal-Każ AT.39924 — Derivattivi ta’ Rati tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru (Ksur tal-Firxa bejn l-Offerta u t-Talba) — Relatur: in-Netherlands

    ĠU C 72, 28.2.2015, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 72/12


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbut mal-Każ AT.39924 — Derivattivi ta’ Rati tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru

    (Ksur tal-Firxa bejn l-Offerta u t-Talba)

    Relatur: in-Netherlands

    (2015/C 72/08)

    1.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

    2.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

    3.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi konċernati miż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet ipparteċipaw f’dak/dawk il-ksur kif deskritt fiż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

    4.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma għaż-żewġ ksur deskritt f’żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 taż-ŻEE.

    5.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma deskritti fiż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

    6.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-durata għall-ksur deskritti fiż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

    7.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji taż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

    8.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq id-destinatarji taż-żewġ abbozzi tad-deċiżjonijiet.

    9.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida 2006 dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 għaż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

    10.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi għaż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

    11.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-istabbiliment tad-durata għall-għan tal-kalkolu tal-multi għaż-żewġ deċiżjonijiet.

    12.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza 2006 għaż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

    13.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza 2008 għaż-żewġ deċiżjonijiet.

    14.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multi għaż-żewġ deċiżjonijiet.

    15.

    Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    Top