Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0055

    Kawża F-55/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/59


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-55/14)

    2014/C 421/85

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Tymen, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrenti, li kellu jkun għal żmien indeterminat.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Ottubru 2013 li ma jingħatax it-tiġdid tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt, li kellu jkun għal żmien indeterminat.

    jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti tas-6 ta’ Marzu 2014 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-15 ta’ Novembru 2013, sa fejn isemmi elementi addizzjonali li ma humiex inklużi fid-deċiżjoni kkontestata tal-31 ta’ Ottubru 2013;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top