Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0026

    Kawża F-26/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 18 ta’ Settembru 2014 – Cerafogli vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Aċċess tal-persunal tal-BĊE għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg — Regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE — Proċedura prekontenzjuża — Regola ta’ konsistenza — Eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fir-rikors — Ammissibbiltà — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal għall-adozzjoni ta’ regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE għal aċċess għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg)

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/48


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Cerafogli vs BĊE

    (Kawża F-26/12) (1)

    ((Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Aċċess tal-persunal tal-BĊE għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg - Regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE - Proċedura prekontenzjuża - Regola ta’ konsistenza - Eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fir-rikors - Ammissibbiltà - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal għall-adozzjoni ta’ regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE għal aċċess għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg))

    2014/C 421/66

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, E. Carlini u S. Lambrinoc, aġenti, D. Waegenbaur, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tirrifjuta t-talba tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti kif ukoll it-talba għad-danni.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2011 li biha d-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali “Riżorsi umani, Baġit u Organizzazzjoni” tal-Bank Ċentrali Ewropew ċaħad parzjalment it-talba għal aċċess għal ċerti dokumenti ppreżentata fl-10 ta’ Mejju 2011 minn M. C. Cerafogli hija annullata.

    2)

    Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat li jħallas lil M. C. Cerafogli s-somma ta’ EUR 1  000.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn M. C. Cerafogli.


    (1)  ĠU C 184, 23.6.2012, p. 22


    Top