EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0115

Kawża F-115/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Lulju 2014 – CG vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Ħatra — Pożizzjoni ta’ Kap ta’ Diviżjoni — Ħatra ta’ kandidat li ma huwiex ir-rikorrenti — Irregolaritajiet tal-proċedura ta’ selezzjoni — Dmir ta’ imparzjalità tal-membri tal-Bord ta’ Selezzjoni — Imġieba skoretta tal-President tal-Bord ta’ Selezzjoni fil-konfront tar-rikorrenti — Kunflitt ta’ interessi — Espożizzjoni orali komuni għall-kandidati kollha — Dokumenti pprovduti għall-espożizzjoni orali li jistgħu jiffavorixxu wieħed mill-kandidati — Kandidat li pparteċipa fir-redazzjoni tad-dokumenti pprovduti — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza — Rikors għal annullament — Talba għad-danni)

ĠU C 421, 24.11.2014, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – CG vs BEI

(Kawża F-115/11) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Ħatra - Pożizzjoni ta’ Kap ta’ Diviżjoni - Ħatra ta’ kandidat li ma huwiex ir-rikorrenti - Irregolaritajiet tal-proċedura ta’ selezzjoni - Dmir ta’ imparzjalità tal-membri tal-Bord ta’ Selezzjoni - Imġieba skoretta tal-President tal-Bord ta’ Selezzjoni fil-konfront tar-rikorrenti - Kunflitt ta’ interessi - Espożizzjoni orali komuni għall-kandidati kollha - Dokumenti pprovduti għall-espożizzjoni orali li jistgħu jiffavorixxu wieħed mill-kandidati - Kandidat li pparteċipa fir-redazzjoni tad-dokumenti pprovduti - Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza - Rikors għal annullament - Talba għad-danni))

2014/C 421/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CG (rappreżentanti: inizjalment N. Thieltgen, avukat, sussegwentement J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jinħatarx lir-rikorrenti iżda kandidat ieħor fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni fi ħdan il-BEI u t-talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment tat-28 ta’ Lulju 2011 dwar il-ħatra ta’ A fil-pożizzjoni ta’ Kap tad-Diviżjoni tal-“Politika tar-riskju u tat-tarifikazzjoni” hija annullata.

2)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa kkundannat iħallas lil CG is-somma ta’ EUR 25  000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn CG.


(1)  ĠU C 6, 07.01.2012, p. 28.


Top