Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0517

    Kawża T-517/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ottubru 2014 – Alro vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Tariffi preferenzjali — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita, parzjalment, fid-data tad-deċiżjoni u, parzjalment, fid-data tal-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alro vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-517/12) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Tariffi preferenzjali - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita, parzjalment, fid-data tad-deċiżjoni u, parzjalment, fid-data tal-preżentata tar-rikors - Inammissibbiltà”))

    2014/C 421/46

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Alro SA (Slatina, ir-Rumanija) (rappreżentanti: C. Quigley, QC, O. Bretz, solicitor, u S. Verschuur, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2517 finali, tal-25 ta’ April 2012, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat SA 33624 (2012/C) (ex 2011/NN) – Ir-Rumanija – Tariffi preferenzjali ta’ elettrikku favur Alro Slatina SA, u, sussidjarjament, talba għal annullament tad-Deċiżjoni C (2012) 2517 finali sa fejn din tapplika għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2009.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Alro SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 32, 2.2.2013.


    Top