Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0478

    Kawża C-478/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat- 2 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2001/18/KE — Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (GMO) — Tqegħid fis-suq — Artikolu 31(3)(b) — Post tal-GMOs imkabbra — Obbligu ta’ informazzoni tal-awtoritajiet kompetenti — Obbligu li jiġi stabbilit reġistru pubbliku — Kooperazzjoni leali” )

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    (Kawża C-478/13) (1)

    ((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/18/KE - Rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (GMO) - Tqegħid fis-suq - Artikolu 31(3)(b) - Post tal-GMOs imkabbra - Obbligu ta’ informazzoni tal-awtoritajiet kompetenti - Obbligu li jiġi stabbilit reġistru pubbliku - Kooperazzjoni leali”))

    2014/C 421/21

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u M. Owsiany-Hornung, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma pprevedietx obbligu li l-awtoritajiet kompetenti Pollakki jiġu informati bil-post tal-organiżmi modifikati ġenetikament imkabbra skont il-parti C tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, billi ma stabbilixxietx reġistru ta’ dan il-post u billi ma għamlitx pubblika l-informazzjoni dwar dan, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 31(3)(b) ta’ din id-direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 336, 16.11.2013


    Top