EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0341

Kawża C-341/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas- Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3 — Tkomplija ta’ irregolaritajiet — Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) — Irkupru tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament irċevuti — Terminu ta’ preskrizzjoni — Applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal — Terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali — Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi)

ĠU C 421, 24.11.2014, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas- Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

(Kawża C-341/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3 - Tkomplija ta’ irregolaritajiet - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) - Irkupru tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament irċevuti - Terminu ta’ preskrizzjoni - Applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali itwal - Terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali - Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi))

2014/C 421/17

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda

Konvenut: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal azzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet nazzjonali kontra benefiċjarji ta’ għajnuna tal-Unjoni wara li jkunu ġew ikkonstatati irregolaritajiet mill-korp nazzjonali inkarigat mill-għoti tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG).

2)

It-terminu ta’ preskrizzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 ma huwiex applikabbli biss għat-tressiq ta’ azzjoni kontra irregolaritajiet li jagħtu lok għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, iżda wkoll għall-azzjonijiet li jagħtu lok għall-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament. Għalkemm l-Artikolu 3(3) tal-istess regolament jippermetti lill-Istati Membri japplikaw termini ta’ preskrizzjoni itwal minn dawk ta’ erba’ jew tliet snin previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1), li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet ġenerali li jippreċedu d-data ta’ adozzjoni tal-imsemmi regolament, l-applikazzjoni ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għoxrin sena jmur lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013


Top