EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0242

Kawża C-242/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Commerz Nederland NV vs Havenbedrijf Rotterdam NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ “għajnuna”  — Garanziji mogħtija minn impriża pubblika lil bank sabiex jagħti kreditu lil persuni li qegħdin jissellfu — Garanziji mogħtija deliberatament mid-direttur ta’ din l-impriża pubblika bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-istatut tagħha — Preżunzjoni ta’ oppożizzjoni mill-entità pubblika proprjetarja tal-imsemmija impriża — Imputabbiltà tal-garanziji lill-Istat)

ĠU C 421, 24.11.2014, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Commerz Nederland NV vs Havenbedrijf Rotterdam NV

(Kawża C-242/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna” - Garanziji mogħtija minn impriża pubblika lil bank sabiex jagħti kreditu lil persuni li qegħdin jissellfu - Garanziji mogħtija deliberatament mid-direttur ta’ din l-impriża pubblika bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-istatut tagħha - Preżunzjoni ta’ oppożizzjoni mill-entità pubblika proprjetarja tal-imsemmija impriża - Imputabbiltà tal-garanziji lill-Istat))

2014/C 421/14

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commerz Nederland NV

Konvenuta: Havenbedrijf Rotterdam NV

Dispożittiv

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-garanziji mogħtija minn impriża pubblika humiex jew le imputabbli lill-awtorità pubblika li għandha l-kontroll tagħha, huma rilevanti, flimkien mal-indizji kollha li jirriżultaw miċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali u mill-kuntest li fih seħħew, iċ-ċirkustanzi li, minn naħa, l-amministratur waħdieni tal-imsemmija impriża li ta dawn il-garanziji aġixxa b’mod arbitrarju, deliberatament żamm sigriet l-għoti tagħhom u kiser l-istatuti tal-impriża tiegħu, u, min-naħa l-oħra, l-imsemmija awtorità pubblika kienet topponi għall-għoti ta’ dawn il-garanziji li kieku kienet ġiet informata dwarhom. Dawn iċ-ċirkustanzi ma humiex madankollu, fihom innifishom, ta’ natura li jeskludu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tali imputabbiltà.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


Top