Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62014TN0381

    Kawża T-381/14: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Mejju 2014 – Pshonka vs Il-Kunsill

    ĠU C 261, 11.8.2014., 38./38. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/38


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Pshonka vs Il-Kunsill

    (Kawża T-381/14)

    2014/C 261/63

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Viktor Pavlovych Pshonka (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Constantina u J. Reymond, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla parzjalment, abbażi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, u r-Regolament tal-Kunsill Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, u, b’mod iktar partikolari, tordna:

    li isem ir-rikorrent jitneħħa mill-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014;

    li isem ir-rikorrent jitneħħa mill-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014;

    tannulla parzjalment, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014 u r-Regolament tal-Kunsill Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, sa fejn dawn ma jikkonformawx mal-Proposta Konġunta;

    tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż ta’ din il-proċedura u jħallas l-ispejjeż tar-rikorrent.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-380/14, Pshonka vs Il-Kunsill.


    Augša