Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0243

    Kawża T-243/13: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ April 2013 — ICT vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/39


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2013 — ICT vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-243/13)

    2013/C 171/79

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Industrie Cartarie Tronchetti SpA (ICT) (Borgo a Mozzano, l-Italja) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


    Top