Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0211

    Kawża C-211/13: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/23


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-211/13)

    2013/C 171/45

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u W. Roels, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Talbiet

    tiddeċiedi li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE billi adottat u żammet regoli li jipprovdu li, fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq is-suċċessjoni u d-donazzjoni marbuta ma’ beni immobbli li jinsab fil-Ġermanja, jingħata biss tnaqqis mit-taxxa limitat, meta d-donatur jew il-mejjet u l-akkwirent ikunu residenti fi Stat Membru ieħor fil-mument tas-suċċessjoni jew tad-donazzjoni, filwaqt li jingħata tnaqqis ogħla sew, meta mill-inqas waħda miż-żewġ persuni kkonċernati tkun tirresjedi fil-Ġermanja f’dak il-mument.

    tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-tassazzjoni fuq is-suċċessjoni u d-donazzjoni hija mnaqqsa fid-dritt Ġermaniż bi tnaqqis relattivament għoli, b’mod partikolari fil-każ ta’ suċċessjonijiet u ta’ donazzjonijiet bejn miżżewġin, bejn ġenituri u wlied, kif ukoll bejn ċerti qraba. Madankollu, dan it-tnaqqis għoli japplika biss meta l-Ġermanja teżerċita setgħa illimitata ta’ tassazzjoni, filwaqt li fil-każ ta’ setgħa limitata ta’ tassazzjoni, ikun applikabbli biss tnaqqis fiss ta’ ammont inferjuri. Skont il-kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja esponiet fis-sentenza Mattner  (1), din il-leġiżlazzjoni ma hijiex kompatibbli mal-Artikolu 63 TFUE.


    (1)  Sentenza tat-22 ta’ April 2010, Mattner, C-510/08, Ġabra p. I-3553.


    Top