Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0163

    Kawża C-163/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 2 ta’ April 2013 — Turbu.com BV vs Staatssecretaris van Financiën

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ April 2013 — Turbu.com BV vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-163/13)

    2013/C 171/37

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Turbu.com BV

    Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

    Domanda preliminari

    Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jobbliga lill-awtoritajiet u lill-qrati nazzjonali jirrifjutaw il-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT favur kunsinna intra-Komunitarja meta fatti oġġettivi jippermettu li jiġi stabbilit li twettqet frodi tal-VAT mal-provvista ta’ oġġetti u li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li kienet qed tipparteċipa f’tali operazzjoni, fil-każ li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix li din il-persuna għandha tiġi mċaħħda mill-benefiċċju tal-eżenzjoni f’ċirkustanzi bħal dawn?


    Top