EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0150

Kawża C-150/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil- 25 ta’ Marzu 2013 — C, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

ĠU C 171, 15.6.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — C, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-150/13)

2013/C 171/34

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C

Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

Liema huma l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Artikoli 3 u 7 tagħha, għall-mod kif inhu evalwat il-karattru kredibbli ta’ allegata orjentazzjoni sesswali; dawn il-limitazzjonijiet huma differenti minn dawk applikabbli għall-evalwazzjoni tal-karattru kredibbli ta’ motivi ta’ persekuzzjoni oħra u, fl-affermattiv, f’liema rigward?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.


Top