Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0116

    Kawża C-116/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n °17 de Palma de Mallorca (Spanja) fil- 11 ta’ Marzu 2013 — Banco de Valencia SA vs Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2013 — Banco de Valencia SA vs Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume

    (Kawża C-116/13)

    2013/C 171/18

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Banco de Valencia SA

    Konvenuti: Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja Spanjola tosserva l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE (1), sa fejn ma tippermettix lill-qorti li tistħarreġ ex officio, sabiex tordna l-eżekuzzjoni, klawżola ta’ skadenza tat-terminu ta’ self fuq l-inizjattiva unilaterali tal-bank, klawżola li hija kkunsidrata fiha nnifisha bħala abbużiva u fl-applikazzjoni tagħha f’din il-kawża, u li hija indispensabbli sabiex min jissellef li huwa bejjiegħ jew fornitur jista’ jibda din il-proċedura ta’ eżekuzzjoni privileġġata?

    (2)

    Dejjem fir-rigward tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE, x’għandha tkun il-portata tal-intervent tal-qorti fir-rigward ta’ din il-klawżola meta hija għandha tordna l-eżekuzzjoni fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja?

    (3)

    Fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 93/13/KEE u tal-punti 1(e) u (g) u 2(a) tal-anness tagħha, jista’ jiġi kkunsidrat li klawżola kuntrattwali, li tippermetti lill-organu finanzjarju li ssellef li jirrexxindi unilateralment il-kuntratt ta’ self minħabba raġunijiet purament oġġettivi, xi wħud minnhom mingħajr ebda konnessjoni mal-kuntratt stess, u, f’din il-kawża, qabel in-nuqqas ta’ ħlas ta’ erba’ skadenzi mensili ipotekarji, hija fiha nnifisha u fl-applikazzjoni speċifika tagħha għall-kawża, abbużiva?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 95/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


    Top