Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0064

    Kawża C-64/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 49 TFUE — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Intaxxar immedjat tal-qligħ kapitali moħbi — Trasferiment tar-residenza ta’ kumpannija, tmiem ta’ attivitajiet ta’ stabbiliment permanenti jew trasferiment tal-attiv ta’ dan l-istabbiliment)

    ĠU C 171, 15.6.2013, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

    (Kawża C-64/11) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Intaxxar immedjat tal-qligħ kapitali moħbi - Trasferiment tar-residenza ta’ kumpannija, tmiem ta’ attivitajiet ta’ stabbiliment permanenti jew trasferiment tal-attiv ta’ dan l-istabbiliment)

    2013/C 171/03

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u R. Lyal, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González u M. Muñoz Pérez, aġenti]

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, C. Wissels kif ukoll J. Langer, aġenti), ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: M. Pere, aġent), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent), ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: L. Seeboruth, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 TFUE u tal-Artikolu 31 ŻEE — Dispożizzjonijiet fiskali li jipprovdu li l-kumpanniji li jtemmu r-residenza fiskali tagħhom fi Spanja jew li jittrasferixxu l-attivi tagħhom fi Stat Membru ieħor għandhom immedjatament iħallsu taxxa ta’ ħruġ

    Dispożittiv

    (1)

    Billi adotta l-Artikolu 17(1)(a) u (c), tal-verżjoni kodifikata tal-Liġi dwar it-Taxxa tal-Kumpanniji approvat mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv 4/2004 tal-5 ta’ Marzu 2004 (Real Decreto Legislativo 4/2004 por el que se aprueba el Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades), li permezz tiegħu, f’każ ta’ trasferiment, lejn Stat Membru ieħor tar-residenza ta’ kumpannija stabbilita fi Spanja u tal-attiv ta’ stabbiliment permanenti fi Spanja, il-qligħ kapitali mhux realizzat jiġi integrat fil-bażi taxxabbli tas-sena fiskali, filwaqt li dan il-qligħ kapitali ma għandu l-ebda konsegwenza fiskali immedjata jekk dawn l-operazzjonijiet ikunu saru fit-territorju Spanjol, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 49 TFUE.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    (4)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir- Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 113, 9.4.2011.


    Top