This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0052
Case C-52/11 P: Appeal brought on 4 February 2011 by Fernando Marcelino Victoria Sánchez against the order delivered by the General Court (Fourth Chamber) on 17 November 2010 in Case T-61/10
Kawża C-52/11 P: Appell ippreżentat fl- 4 ta’ Frar 2011 minn Fernando Marcelino Victoria Sánchez kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas- 17 ta’ Novembru 2010 fil-Kawża T-61/10
Kawża C-52/11 P: Appell ippreżentat fl- 4 ta’ Frar 2011 minn Fernando Marcelino Victoria Sánchez kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas- 17 ta’ Novembru 2010 fil-Kawża T-61/10
ĠU C 103, 2.4.2011, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/17 |
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2011 minn Fernando Marcelino Victoria Sánchez kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2010 fil-Kawża T-61/10
(Kawża C-52/11 P)
2011/C 103/31
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Fernando Marcelino Victoria Sánchez (rappreżentant: P. Suarez Plácido, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
— |
tannulla d-digriet tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali, tas-17 ta’ Novembru 2010, filwaqt li tiddikjara li r-rikors għal nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni ippreżentat minn F. Victoria Sánchez huwa ammissibbli u mhux manifestament infondat, u tannulla l-kundanna għall-ispejjeż. |
— |
tiddeċiedi konsewgwentement fuq il-mertu, jew, sussidjarjament, tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat u tirrinvijah quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni fuq il-mertu, u tikkundanna lill-istituzzjonijiet appellati għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant isostni l-aggravji li ġejjin:
(1) |
Ksur tal-Artikolu 44 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, peress li r-rikors promotur fih is-suġġett tal-kawża u sunt tar-raġunijiet imressqa, u, finalment, it-talbiet tal-appellant, magħmula b’mod ċar ħafna fir-rikors, kif ġej: “[t]iddikjara li n-nuqqas ta’ tweġiba tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għall-mistoqsija bil-miktub tas-6 ta’ Ottubru 2009, imur kontra d-dritt Komunitarju u tordna lill-dawn l-istituzzjonijiet jirmedjaw għal dan l-istat ta’ fatt”. |
(2) |
Ksur tal-Artikolu 20(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikoli 17 KE), tal-Artikolu 24 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 21 KE), tal-Artikolu 227 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 194 KE), flimkien mal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Tali ksur huwa fir-rigward tal-petizzjoni li F. Victoria Sánchez bagħat lill-Parlament Ewropew fl-2008, fejn kien ġibed l-attenzjoni ta’ tali istituzzjoni fuq ir-riskju li għandu ċittadin Spanjol li jazzarda jirrapporta l-korruzzjoni politika u l-evażjoni tat-taxxa f’dan l-Istat Membru. Mehmuż mal-petizzjoni lill-Parlament intbagħat kuntratt iffirmat minn personalitajiet importanti ta’ pajjiżu — fosthom avukat li ismu huwa sinonimu għall-ikbar ditta ta’ avukati fi Spanja u fil-Portugall — li fih hemm spjegat kif dawn il-persuni kienu jevadu t-taxxa u jiffrodaw il-komunità permezz ta’ kumpanniji fittizji u suspettużi fil-konfront tal-Istat. Il-petizzjoni kienet arkivjata mingħajr ebda azzjoni u l-ebda membru tal-Parlament Ewropew Spanjol ma wieġeb għat-talbiet suċċessivi għal appoġġ magħmula mill-appellant — permezz ta’ 10 messaġġi bil-posta elettronika — li fihom talab il-kooperazzjoni tar-rappreżentanti tiegħu sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tiegħu quddiem it-theddid li rċieva. |
(3) |
Ksur tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 6 TUE, u fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mill-istituzzjonijiet appellati, sa fejn l-inattività tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ittra mibgħuta fis-6 ta’ Ottubru 2009, tikkostitwixxi ksur serju tal-Artikolu 6 TUE, peress li tali istituzzjoni għandha tipprovdi spazju demokratiku ta’ għajxien flimkien għaċ-ċittadini Ewropej kollha, għandha tirrispetta l-aċċess ugwali taċ-ċittadini għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għandha tiżgura protezzjoni legali effettiva, sakemm l-evażjoni tat-taxxa ma tikkostitwixxix fatt li fuqu għandha tiddeċiedi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tqis il-persuna taxxabbli bħala affettwat indirettament. L-appellant jenfasizza wkoll l-inċertezza legali tad-dritt Komunitarju kkawżata minn numru ta’ sentenzi tal-qrati Spanjoli li injoraw it-twissijiet tar-rappreżentanti legali tal-appellant sabiex tiġi osservata l-leġiżlazzjoni Ewropea, b’mod partikolari b’riferiment għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġuistizzja Ewropea fil-Kawżi C-570/07 u C-571/07 (1), dwar il-libertà ta’ stabbiliment ta’ spiżeriji fi Spanja. |
(4) |
Ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 265 u 266 TFUE, sa fejn li r-rikors promotur quddiem il-Qorti Ġenerali, kienet intiża sabiex jiġi ddikjarat li l-inattività tal-Parlament u tal-Kummissjoni li jwieġbu għall-petizzjoni magħmula fis-6 ta’ Ottubru 2009 hija kuntrarja għad-dritt Komunitarju u li tali istituzzjonijiet jintalbu jirrimedjaw, u dan ex-lege skont l-Artikolu 266 TFUE, li jgħid li l-korp li l-att tiegħu ikun ġie ddikjrat null jew li n-nuqqas tiegħu li jaġixxi tkun ġiet iddikjarata li hija kontra t-trattati, huwa obbligat li jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jeżeġwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f’din il-kawża sabiex jingħata rimedju għan-nuqqas li jaġixxu billi jirrispondu għall-petizzjoni magħmula permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Ottubru 2009. |
(1) Sentenza tal-1 ta’ Ġunju 2010, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.