Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0005

    Kawża C-5/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis- 6 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Titus Alexander Jochen Donner

    ĠU C 103, 2.4.2011, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Titus Alexander Jochen Donner

    (Kawża C-5/11)

    2011/C 103/24

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Titus Alexander Jochen Donner

    Parti oħra fil-proċeduri: Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof

    Question referred

    L-Artikoli 34 u 36 TFUE li jirregolaw il-moviment liberu tal-merkanzija għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu r-reat kriminali ta’ kompliċità fid-distribuzzjoni pprojbita ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dritt kriminali nazzjonali fejn, f’każ ta’ bejgħ transkonfinali ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur fil-Ġermanja

    dan ix-xogħol jittieħed il-Ġermanja minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u s-setgħa de facto ta’ approprjazzjoni fuq dan ix-xogħol tiġi ttrasferita fil-Ġermanja,

    iżda t-trasferiment tal-proprjetà jkun seħħ fl-Istat Membru l-ieħor fejn ma kienx hemm protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għal dan ix-xogħol jew din il-protezzjoni ma kinitx infurzabbli?


    Top