This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0321
Case C-321/10: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 17 February 2011 — European Commission v Kingdom of Belgium (Failure of a Member State to fulfil obligations — Directive 2007/2/EC — Environment policy — Infrastructure for Spatial Information in the European Community (INSPIRE) — Exchange and updates of data in electronic format — Incomplete transposition)
Kawża C-321/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas- 17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2007/2/KE — Politika ambjentali — Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) — Skambju u aġġornament ta’ data f’format elettroniku — Traspożizzjoni inkompleta)
Kawża C-321/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas- 17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2007/2/KE — Politika ambjentali — Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) — Skambju u aġġornament ta’ data f’format elettroniku — Traspożizzjoni inkompleta)
ĠU C 103, 2.4.2011, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-321/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/2/KE - Politika ambjentali - Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) - Skambju u aġġornament ta’ data f’format elettroniku - Traspożizzjoni inkompleta)
2011/C 103/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Sénéchal, aġent)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u M. Jacobs, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, p. 1)
Dispożittiv
(1) |
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva. |
(2) |
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż. |