Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0016

    Kawża C-16/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — ir-Renju Unit) — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd vs Office of Communications, British Telecommunications plc (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi — Direttiva 2002/22/KE — Ħatra ta’ impriżi għall-provvista tas-servizz universali — Impożizzjoni ta’ obbligi speċifiċi lill-impriża maħtura — Servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji)

    ĠU C 103, 2.4.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — ir-Renju Unit) — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd vs Office of Communications, British Telecommunications plc

    (Kawża C-16/10) (1)

    (Approssimazzjoni tal-liġijiet - Telekomunikazzjonijiet - Netwerks u servizzi - Direttiva 2002/22/KE - Ħatra ta’ impriżi għall-provvista tas-servizz universali - Impożizzjoni ta’ obbligi speċifiċi lill-impriża maħtura - Servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji)

    2011/C 103/11

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd

    Konvenuta: Office of Communications, British Telecommunications plc

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tad-Direttivi tal-Parlament u tal-Kunsill 2002/20/KE, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Volum 13, Kapitolu 29, p. 337), 2002/21 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Volum 13, Kapitolu 29, p. 349) u 2002/22 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Volum 13, Kapitolu 29, p. 367) — Ħatra ta’ impriżi għall-provvista ta’ servizz universali — Obbligi speċifiċi li jistgħu jiġu imposti fuq l-impriża maħtura

    Dispożittiv

    L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) jawtorizza lill-Istati Membri, meta jiddeċiedu li jaħtru impriża jew impriżi skont din id-dispożizzjoni sabiex jiggarantixxu l-provvista tas-servizz universali, jew ta’ diversi elementi tas-servizz universali, hekk kif iddefinit fl-Artikoli 4 sa 7 u 9(2) ta’ din l-istess direttiva, li jimponu fuq dawn unikament l-obbligi speċifiċi, previsti mid-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva, li huma marbuta mal-provvista tal-imsemmi servizz jew tal-imsemmija elementi ta’ dan lill-utenti finali mill-impriżi maħtura stess.


    (1)  ĠU C 63, 13.3.2010.


    Top