This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0307
Joined Cases C-307/09 to C-309/09: Judgment of the Court (Second Chamber) of 10 February 2011 (references for a preliminary ruling from the Raad van State (Netherlands)) — Vicoplus SC PUH (C-307/09), BAM Vermeer Contracting sp. zoo (C-308/09), Olbek Industrial Services sp. zoo (C-309/09) v Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid (Freedom to provide services — Posting of workers — 2003 Act of Accession — Transitional measures — Access of Polish nationals to the labour market of States which were already Member States of the European Union at the time of the accession of the Republic of Poland — Requirement of a work permit for the making available of labour — Directive 96/71/EC — Article 1(3))
Kawża C-307/09 sa C-309/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Vicoplus SC PUH (C-307/09), BAM Vermeer Contracting sp. zoo (C-308/09), Olbek Industrial Services sp. zoo (C-309/09) vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid ( “Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Kollokament ta’ ħaddiema — Att ta’ Adeżjoni tal-2003 — Miżuri tranżitorji — Aċċess taċ-ċittadini Pollakki għas-suq tax-xogħol tal-Istati diġà membri tal-Unjoni fi żmien l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja — Ħtieġa ta’ permess tax-xogħol għall-fornitura ta’ ħaddiema — Direttiva 96/71/KE — Artikolu 1(3)” )
Kawża C-307/09 sa C-309/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Vicoplus SC PUH (C-307/09), BAM Vermeer Contracting sp. zoo (C-308/09), Olbek Industrial Services sp. zoo (C-309/09) vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid ( “Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Kollokament ta’ ħaddiema — Att ta’ Adeżjoni tal-2003 — Miżuri tranżitorji — Aċċess taċ-ċittadini Pollakki għas-suq tax-xogħol tal-Istati diġà membri tal-Unjoni fi żmien l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja — Ħtieġa ta’ permess tax-xogħol għall-fornitura ta’ ħaddiema — Direttiva 96/71/KE — Artikolu 1(3)” )
ĠU C 103, 2.4.2011, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Vicoplus SC PUH (C-307/09), BAM Vermeer Contracting sp. zoo (C-308/09), Olbek Industrial Services sp. zoo (C-309/09) vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid
(Kawża C-307/09 sa C-309/09) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Att ta’ Adeżjoni tal-2003 - Miżuri tranżitorji - Aċċess taċ-ċittadini Pollakki għas-suq tax-xogħol tal-Istati diġà membri tal-Unjoni fi żmien l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja - Ħtieġa ta’ permess tax-xogħol għall-fornitura ta’ ħaddiema - Direttiva 96/71/KE - Artikolu 1(3))
2011/C 103/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vicoplus SC PUH (C-307/09), BAM Vermeer Contracting sp. zoo (C-308/09), Olbek Industrial Services sp. zoo (C-309/09)
Konvenuta: Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State (l-Olanda) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 KE u 50 KE u tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg [kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni [provvista] ta’ servizzi (ĠU 1997, L 18, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ permess tax-xogħol għall-kollokament ta’ ħaddiema.
Dispożittiv
(1) |
L-Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE ma jipprekludux lil Stat Membru milli jissuġġetta, matul il-perijodu tranżitorju previst fil-paragrafu 2 tal-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, il-kollokament, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(c) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni [provvista] ta’ servizzi, ta’ ħaddiema li jkunu ċittadini Pollakki fit-territorju tiegħu għall-kisba ta’ permess tax-xogħol. |
(2) |
Il-kollokament ta’ ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 1(3)(c) tad-Direttiva 96/71 hu provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas li għaliha l-ħaddiem ikkollokat jibqa’ fis-servizz tal-impriża li tipprovdi s-servizz, mingħajr ma jiġi konkluż ebda kuntatt tax-xogħol mal-impriża utenti. Huwa kkaratterizzat mill-fatt li l-ispostament tal-ħaddiem fl-Istat Membru ospitanti jikkostitwixxi l-għan stess tal-provvista ta’ servizzi magħmula mill-impriża li tagħti s-servizz u li dan il-ħaddiem iwettaq xogħlu taħt il-kontroll u d-direzzjoni tal-impriża utenti. |