EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0251

Kawża C-251/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru (Kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet — Settur tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni — Direttiva 93/38/KEE — Avviż ta’ kuntratt — Kriterji ta’ għoti — Trattament ugwali tal-offerenti — Prinċipju ta’ trasparenza — Direttiva 92/13/KEE — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Obbligu li jingħataw raġunijiet għal deċiżjoni li offerent jiġi eskluż)

ĠU C 103, 2.4.2011, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-251/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet - Settur tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni - Direttiva 93/38/KEE - Avviż ta’ kuntratt - Kriterji ta’ għoti - Trattament ugwali tal-offerenti - Prinċipju ta’ trasparenza - Direttiva 92/13/KEE - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Obbligu li jingħataw raġunijiet għal deċiżjoni li offerent jiġi eskluż)

2011/C 103/04

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra, aġent, I. Chatzigiannis u M. Patakia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: K. Likourgos u A. Pantazi-Lamprou, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(2) u 31(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194) — Ksur tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315) — Obbligu li jingħataw raġunijiet għal deċiżjoni li offerent jiġi eskluż — Obbligu li jiġi żgurat li deċiżjonijiet meħudin minn entitajiet kontraenti jistgħu jiġu mistħarrġa b’mod effettiv u fl-iqsar żmien possibbli — Prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 233, 26.9.2009.


Top