EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/355/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6105 – Veolia/EDF/Société d'Energie et d'Eau du Gabon) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/41


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6105 – Veolia/EDF/Société d'Energie et d'Eau du Gabon)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 355/13

1.

Fis-17 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha Veolia Eau – Compagnie Génerale des Eaux SCA (“Veolia Eau”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Veolia Environnement, u Electricité de France International SA (“EDFI”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Electricité de France (“EDF”), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Société d'Energie et d'Eau du Gabon (“SEEG”, Gabon), bix-xiri ta’ ishma fil-kumpanija possedenti ta’ SEEG, Veolia Water India Africa SA (“VWIA”, Franza) li attwalment hi kkontrollata biss minn Veolia Eau.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Veolia Eau: l-operazzjoni tas-servizzi tal-ilma u tal-ilma tal-iskart f’isem l-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji, kif ukoll id-disinn ta’ soluzzjonijiet tekniċi u bini tal-faċilitajiet meħtieġa biex jipprovdu dawk is-servizzi,

għal EDFI: kumpanija possedenti, sussidjarja tal-EDF, li hi attiva fil-produzzjoni u bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku, trasport, distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u tipprovdi servizzi oħra relatati mal-elettriku, kemm fi Franza kif ukoll f’pajjiżi oħra,

għal SEEG: il-produzzjoni, trasport u distribuzzjoni ta’ ilma għax-xorb u elettriku fil-Gabon, skont delega ta’ servizz pubbliku,

għal VWIA: kumpanija possedenti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6105 – Veolia/EDF/Société d'Energie et d'Eau du Gabon, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top