Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0498

Kawża T-498/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas- 17 ta’ Ġunju 2009 — Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group vs Il-Kunsill ( Dumping — Importazzjonijiet ta’ glyphosate li joriġinaw miċ-Ċina — Status ta’ ditta li topera f’ekonomija tas-suq — Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 )

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/42


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Ġunju 2009 — Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group vs Il-Kunsill

(Kawża T-498/04) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ glyphosate li joriġinaw miċ-Ċina - Status ta’ ditta li topera f’ekonomija tas-suq - Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96”)

2009/C 180/77

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group Co. Ltd (Jiande City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment D. Horovitz, avukat, u B. Hartnett, barrister, sussegwentement D. Horovitz)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Assoċjazzjoni tal-Utenti u tad-Distributuri tal-Agrokimiċi fl-Ewropa (Audace) (rappreżentanti: J. Flynn, QC, u D. Scannell, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/2004 tal-24 ta’ Settembru 2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ glyphosate li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 303, p. 1), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/2004, tal-24 ta’ Settembru 2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ glyphosate li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group Co. Ltd.

2)

Il-Kunsill ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group Co. Ltd u tal-Assoċjazzjoni tal-Utenti u tad-Distributuri tal-Agrokimiċi fl-Ewropa (Audace).

3)

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 57, 5.3.2005.


Top