EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0099

Tassazzjoni tal-petrol bla ċomb u tal-gas oil
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE fir-rigward ta' l-aġġustamenti ta' arranġamenti speċjali ta' taxxa fuq il-gas oil li jintuża bħala fjuwil tal-magna għal skopijiet kummerċjali u għall-koordinazzjoni tat-tassazzjoni tal-petrol bla ċomb u tal-gas oil li jintużaw bħala fjuwil tal-magni (COM(2007)0052 - C6-0109/2007 - 2007/0023(CNS))

ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 129–137 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 66/129


Tassazzjoni tal-petrol bla ċomb u tal-gas oil *

P6_TA(2008)0099

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE fir-rigward ta' l-aġġustamenti ta' arranġamenti speċjali ta' taxxa fuq il-gas oil li jintuża bħala fjuwil tal-magna għal skopijiet kummerċjali u għall-koordinazzjoni tat-tassazzjoni tal-petrol bla ċomb u tal-gas oil li jintużaw bħala fjuwil tal-magni (COM(2007)0052 — C6-0109/2007 — 2007/0023(CNS))

(2009/C 66 E/35)

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0052),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0109/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0030/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(4)

Filwaqt li l-fjuwil jirrappreżenta proporzjon kbir ta' l-ispejjeż ta' ġestjoni ta' negozju tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jistgħu jiġu osservati diverġenzi kbar fil-livell ta' tassazzjoni applikat fuq gas oil mill-Istati Membri. Filwaqt li l-fjuwil jirrappreżenta proporzjon kbir ta' l-ispejjeż ta' ġestjoni ta' negozju tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jistgħu jiġu osservati diverġenzi kbar fil-livell ta' tassazzjoni applikat fuq gas oil mill-Istati Membri. Dawn id-diverġenzi jwasslu għal turiżmu tal-fjuwil u tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Approssimazzjoni mtejba fuq livell Komunitarju tal-livell ta' tassazzjoni applikabbli għal gas oil kummerċjali għandha tindirizza l-kwistjoni ta' kompetizzjoni inġusta b'mod effiċjenti u eventwalment għandha tirriżulta fil-funzjonament imtejjeb tas-suq intern u tnaqqis fil-ħsara ta' l-ambjent.

(4)

Filwaqt li l-fjuwil jirrappreżenta proporzjon kbir ta' l-ispejjeż ta' ġestjoni ta' negozju tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, jistgħu jiġu osservati diverġenzi kbar fil-livell ta' tassazzjoni applikat fuq gas oil mill-Istati Membri. Dawn id-diverġenzi jistgħu jwasslu għal turiżmu tal-fjuwil u tagħwiġ tal-kompetizzjoni fir-reġjuni tal-fruntieri . Approssimazzjoni mtejba fuq livell Komunitarju tal-livell ta' tassazzjoni applikabbli għal gas oil kummerċjali għandha tindirizza l-kwistjoni ta' kompetizzjoni inġusta b'mod effiċjenti u eventwalment għandha tirriżulta fil-funzjonament imtejjeb tas-suq intern u tnaqqis fil-ħsara ta' l-ambjent. Fl-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa għandhom jitqiesu wkoll l-effetti inflazzjonarji u l-bżonn li tissaħħaħ il-kompetittività ta' l-Unjoni Ewropea. L-armonizzazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq il-petrol bla ċomb u l-gas oil m'għandhiex twassal għal rekwiżiti mhux proporzjonali għal dawk l-Istati Membri li inkella jkollhom politika fiskali stretta u impenn qawwi kontra l-inflazzjoni.

(5)

Il-valutazzjoni ta' l-impatt li saret mill-Kummissjoni wriet li l-aħjar mod biex tiġi implimentata l-approssimazzjoni mtejba fil-livelli ta' tassazzjoni fuq il-gas oil kummerċjali jikkonsisti minn żieda fil-livell minimu ta' gas oil kummerċjali, billi tgħaqqad flimkien it-tnaqqis fit-tagħwiġ tal-kompetizzjoni u t-turiżmu tal-fjuwil li jirriżulta kif ukoll fil-konsum ġenerali. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stipulat li mill-2012 'l quddiem il-livell minimu ta' tassazzjoni fuq il-gas oil ikun ugwali għal-livell minimu ta' tassazzjoni li jkun diġà applikabbli għall-petrol bla ċomb, sabiex jirrifletti l-fatt li dawn iż-żewġ fjuwils huma ta' ħsara għall-ambjent b'mod indaqs. Mill- 2014 'l quddiem, il-livell minimu ta' tassazzjoni għandu jkun EUR 380 għal kull 1 000 l, sabiex jikkontribwixxi għaż-żamma kostanti tal-livell minimu f'termini reali u biex jonqsu aktar it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni u l-ħsara ta' l-ambjent.

(5)

Il-valutazzjoni ta' l-impatt li saret mill-Kummissjoni wriet li l-aħjar mod biex tiġi implimentata l-approssimazzjoni mtejba fil-livelli ta' tassazzjoni fuq il-gas oil kummerċjali jikkonsisti minn żieda fil-livell minimu ta' gas oil kummerċjali, billi tgħaqqad flimkien it-tnaqqis fit-tagħwiġ tal-kompetizzjoni u t-turiżmu tal-fjuwil li jirriżulta kif ukoll fil-konsum ġenerali. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stipulat li mill-2012 'l quddiem il-livell minimu ta' tassazzjoni fuq il-gas oil ikun ugwali għal-livell minimu ta' tassazzjoni li jkun diġà applikabbli għall-petrol bla ċomb, sabiex jirrifletti l-fatt li dawn iż-żewġ fjuwils huma ta' ħsara għall-ambjent b'mod indaqs. Mill- 2015 'l quddiem, il-livell minimu ta' tassazzjoni għandu jkun EUR 359 għal kull 1 000 l, sabiex jikkontribwixxi għaż-żamma kostanti tal-livell minimu f'termini reali u biex jonqsu aktar it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni u l-ħsara ta' l-ambjent.

(6)

Mill-perspettiva ambjentali, jidher xieraq, f'dan l-istadju, li jiġu stabbiliti l-istess livelli minimi għat-tassazzjoni fuq il-petrol bla ċomb u fuq il-gas oil. Ma hemm ebda raġuni valida għalfejn il-livelli nazzjonali ta' tassazzjoni għal-gas oil u għall-petrol bla ċomb għandhom jiġu stabbiliti taħt il-livelli nazzjonali applikabbli fuq il-gas oil kummerċjali. Għall-Istati Membri li jagħmlu distinzjoni bejn użu kummerċjali u mhux kummerċjali tal-gas oil użat bħala propellant, għandu għalhekk jiġi kkjarifikat li l-livell nazzjonali ta' tassazzjoni għal gas oil mhux kummerċjali wżat bħal propellant mgħandux ikun anqas mil-livell nazzjonali applikat għal gas oil kummerċjali minn dak l-Istat Membru. L-istess għandu japplika għar-relazzjoni bejn il-petrol bla ċomb u gas oil kummerċjali wżat bħala propellant.

(6)

Mill-perspettiva ambjentali, jidher xieraq, f'dan l-istadju, li jiġu stabbiliti l-istess livelli minimi għat-tassazzjoni fuq il-petrol bla ċomb u fuq il-gas oil. Ma hemm ebda raġuni valida għalfejn il-livelli nazzjonali ta' tassazzjoni għall-gas oil u għall-petrol bla ċomb għandhom jiġu stabbiliti taħt il-livelli nazzjonali applikabbli fuq il-gas oil kummerċjali. Għall-Istati Membri li jagħmlu distinzjoni bejn użu kummerċjali u mhux kummerċjali tal-gas oil użat bħala propellant, għandu għalhekk jiġi kkjarifikat li l-livell nazzjonali ta' tassazzjoni għal gas oil mhux kummerċjali użat bħala propellant m'għandux ikun anqas mil-livell nazzjonali applikat għal gas oil kummerċjali minn dak l-Istat Membru, mingħajr ma dan jaffettwa ħażin l-utent tal-gas oil mhux kummerċjali. L-istess għandu japplika għar-relazzjoni bejn il-petrol bla ċomb u gas oil kummerċjali użat bħala propellant.

(6a)

L-Istati Membri li jużaw il-perjodi ta' tranżizzjoni għandhom tendenza, sfortunatament, li ma jiħdux passi biex ilaħħqu ma' l-istandards minimi tat-taxxa tas-sisa, kuntrarjament għall-impenji li ħadu. Għalhekk kwalunkwe titwil awtomatiku tal-perjodu ta' tranżizzjoni assolutament mhux aċċettabbli. Il-Kummissjoni fl-2010 għandha tirrapporta dwar sa liema punt dawk l-Istati Membri li qed joqorbu lejn l-aħħar tal-perjodu ta' tranżizzjoni ssodisfaw l-obbligi tagħhom.

(6b)

Sabiex tkun żgurata l-koerenza tad-Direttiva 2003/96/KE mal-politika komuni għat-trasport u biex ikun evitat tagħwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni fis-swieq tat-trasport tal-merkanzija, id-definizzjoni tal-gas oil użat bħala propellant għandha tkun immodifikata. Id-definizzjoni ta' użu kummerċjali tikkonċerna l-ġarr ta' prodotti bit-triq minn vetturi li l-piż gross massimu ta' tagħbija permissibli tagħhom huwa ta' mhux inqas minn 3.5 tunnellati.

(7)

Ċerti Stati Membri ġew mogħtija perjodi ta' tranżizzjoni sabiex ikunu jistgħu jadattaw mingħajr xkiel għall-livelli ta' tassazzjoni stabbiliti bid-Direttiva 2003/96/KE. Għall-istess raġunijiet , dawn il-perjodi ta' tranżizzjoni għandhom jiġu ssupplementati fir-rigward ta' din id-Direttiva.

(7)

Ċerti Stati Membri ġew mogħtija perjodi ta' tranżizzjoni sabiex ikunu jistgħu jadattaw mingħajr xkiel għal-livelli ta' tassazzjoni stabbiliti bid-Direttiva 2003/96/KE. Għal uħud minn dawk l-Istati Membri , dawn il-perjodi ta' tranżizzjoni għandhom jiġu ssupplementati fir-rigward ta' din id-Direttiva.

(10)

Il-possibilità li l-Istati Membri jiffissaw rata mnaqqsa fuq gas oil għal skopijiet kummerċjali taħt il-livell minimu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003, meta tiġi introdotta jew applikata sistema ta' imposti għall-utenti tat-triq li tirriżulta f'piż ġenerali ta' taxxa li jkun il-biċċa l-kbira ekwivalenti, għandha tiġi estiża. Għal dan il-għan u fid-dawl ta' l-esperjenza, ikun xieraq li ma jinżammx ir-rekwiżit skond liema l-livell nazzjonali ta' tassazzjoni fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003 għal gas oil użat bħala propellant għandu jkun talanqas id-doppju tal-livell minimu ta' tassazzjoni applikabbli fl-1 ta' Jannar 2004.

(10)

Il-possibilità li l-Istati Membri jiffissaw rata mnaqqsa fuq gas oil għal skopijiet kummerċjali meta tiġi introdotta jew applikata sistema ta' imposti għall-utenti tat-triq li tirriżulta f'piż ġenerali ta' taxxa li jkun il-biċċa l-kbira ekwivalenti, għandha tiġi estiża. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu ukoll jippromwovu l-użu ta' fjuwils mingħajr bażi ta' żejt u b'karbonju baxx kemm permezz ta' inċentivi fiskali kif ukoll permezz ta' skemi maħsuba biex jiżguraw ċertu livell ta' konsum ta' dawk il-fjuwils. Għal dan il-għan u fid-dawl ta' l-esperjenza, ikun xieraq li ma jinżammx ir-rekwiżit skond liema l-livell nazzjonali ta' tassazzjoni fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003 għal gas oil użat bħala propellant għandu jkun talanqas id-doppju tal-livell minimu ta' tassazzjoni applikabbli fl-1 ta' Jannar 2004.

(10a)

Waqt li jiġi kkunsidrat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri li jiksbu dħul addizzjonali permezz ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu inkoraġġiti biex jinvestuh mill-ġdid primarjament fl-infrastruttura, fil-bijofjuwils u f'miżuri ambjentali ġodda bl-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 .

1.   B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2004, mill-1 ta' Jannar 2010, mill-1 ta' Jannar 2012 u mill-1 ta' Jannar 2014, il-livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-magni għandhom ikunu ffissati kif jidhru fl-Anness I Tabella A.

1.   B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2004, mill-1 ta' Jannar 2010, mill-1 ta' Jannar 2012 u mill-1 ta' Jannar 2015 , il-livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-magni għandhom ikunu ffissati kif jidhru fl-Anness I Tabella A.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu differenza bejn użu kummerċjali u mhux kummerċjali ta' gas oil użat bħala propellant, jekk kemm-il darba il-livelli minimi tal-Komunità ikunu osservati u r-rata għal gas oil kummerċjali użat bħala propellant ma tkunx inqas mill-livell nazzjonali ta' tassazzjoni b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2003.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu differenza bejn użu kummerċjali u mhux kummerċjali ta' gas oil użat bħala propellant, jekk kemm-il darba il-livelli minimi tal-Komunità ikunu osservati.

(aa)

Il-paragrafu 3(a) għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

(a)

il-ġarr ta' oġġetti għall-kiri jew għar-rigal, jew għall-persuna stess, permezz ta' karozzi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi artikulati intenzjonati esklussivament għall-ġarr ta' oġġetti bit-triq li l-piż massimu permissibli tagħhom huwa ta' mhux inqas minn 3.5 tunnellati;

4.   L-Istati Membri li japplikaw jew idaħħlu sistema ta' imposti għall-utenti tat-triq għal vetturi bil-mutur li jużaw il-gas oil kummerċjali kif definit fil-paragrafu 3, jistgħu japplikaw rata mnaqqsa għal gas oil bħal din li taqa' taħt il-livell nazzjonali ta' tassazzjoni fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003, sakemm il-piż ġenerali tat-taxxa jibqa' l-biċċa l-kbira ekwivalenti , u sakemm il-livell minimu Komunitarju applikabbli għal gas oil jiġi osservat.

4.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew idaħħlu sistema ta' imposti għall-utenti tat-triq għal vetturi bil-mutur li jużaw il-gas oil kummerċjali kif definit fil-paragrafu 3, sakemm il-livell minimu Komunitarju applikabbli għal gas oil jiġi osservat.

Il- Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli komuni għall-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel subparagrafu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

Sa mhux aktar tard minn … (1), il- Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli komuni għall-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel subparagrafu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

(2)

L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(2)

L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej:

(a)

Fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza għandha tiġi mħassra.

Ir-Renju ta' Spanja jista' japplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2007 biex jaġġusta l-livell nazzjonali tiegħu ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.

(b)

Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej:

(b)

Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza għandha tiġi mħassra.

Ir-Repubblika ta' l-Awstrija tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2007 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.

(c)

Fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej:

(c)

Fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza għandha tiġi mħassra.

Ir-Renju tal-Belġju jista' japplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2007 biex jaġġusta l-livell nazzjonali tiegħu ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.

(d)

Fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej :

(d)

Fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza għandha tiġi mħassra.

Il-Gran Dukat ta' Lussumburgu jista' japplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2009 biex jaġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.

(e)

Fil-paragrafu 7, l-ewwel sentenza, fit-tieni sub-paragrafu, hija mibdula b'dan li ġej:

(e)

Fil-paragrafu 7, l-ewwel sentenza, fit-tieni sub-paragrafu, għandha tiġi mħassra.

Ir-Repubblika tal-Portugall tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2009 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.

(f)

Fil-paragrafu 8, l-ewwel sentenza, fit-tielet sub-paragrafu, hija mibdula b'dan li ġej:

(f)

Fil-paragrafu 8, l-ewwel sentenza, fit-tielet sub-paragrafu, hija mħassra.

Ir-Repubblika Ellenika tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2010 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l-1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.

(a)

Fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

(a)

Fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

Ir-Repubblika tal-Latvja tista tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2011 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil u kerosene użati bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1 000 l, sa l-1 ta' Jannar 2013 biex jilħaq EUR 330 u, għal gas oil użat bħala propellant, sa l-1 ta' Jannar 2015 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2017 biex jilħaq EUR 380.

5.   Ir-Repubblika tal-Latvja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2012 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil u kerosin użati bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1 000 l, sa l-1 ta' Jannar 2013 biex jilħaq EUR 330 u, għal gas oil użat bħala propellant u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 359. Madankollu, il-livell ta'tassazzjoni fuq il-gas oil u l-kerosin għandu jkun mhux inqas minn EUR 245 għal kull 1 000 l mill-1 ta' Mejju 2004 u mhux inqas minn EUR 274 għal kull 1 000 l mill-1 ta' Jannar 2008.

(b)

Fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

(b)

Fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

Ir-Repubblika tal-Latwanja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2011 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil u kerosene użati bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1 000 l, sa l-1 ta' Jannar 2013 biex jilħaq EUR 330 u, għal gas oil użat bħala propellant, sa l-1 ta' Jannar 2015 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2017 biex jilħaq EUR 380.

6.   Ir-Repubblika tal-Litwanja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2012 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil u kerosin użati bħala propellant għall-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1 000 l, sa l-1 ta' Jannar 2013 biex jilħaq EUR 330 u, għal gas oil użat bħala propellant sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 359. Madankollu, il-livell ta'tassazzjoni fuq il-gas oil u l-kerosin għandu jkun mhux inqas minn EUR 245 għal kull 1 000 l mill-1 ta' Mejju 2004 u mhux inqas minn EUR 274 għal kull 1 000 l mill-1 ta' Jannar 2008.

(c)

Fil-paragrafu 9, it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

(c)

Fil-paragrafu 9, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

Ir-Repubblika ta' Polonja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2010 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1 000 l, sa l-1 ta' Jannar 2012 biex jilħaq EUR 330, u sa l -1 ta' Jannar 2014 biex jilħaq EUR 359 u sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 380.

Ir-Repubblika tal-Polonja tista' tapplika perjodu ta' tranżizzjoni sa l-1 ta' Jannar 2012 biex taġġusta l-livell nazzjonali tagħha ta' tassazzjoni fuq gas oil użat bħala propellant għal-livell minimu ġdid ta' EUR 302 għal kull 1 000 l, sa l-1 ta' Jannar 2013 biex jilħaq EUR 330, u sa l -1 ta' Jannar 2016 biex jilħaq EUR 359. Madankollu, il-livell ta'tassazzjoni fuq il-gas oil għandu jkun mhux inqas minn EUR 245 għal kull 1 000 l mill-1 ta' Mejju 2004 u mhux inqas minn EUR 274 għal kull 1 000 l mill-1 ta' Jannar 2008.

Mingħajr preġudizzju għad-derogi ta' l-Artikolu 7 stabbiliti fit-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri jistgħu japplikaw perjodu ta' tranżizzjoni addizzjonali għal gas oil użat bħala propellant sa l-1 ta' Jannar 2015 biex jilħqu EUR 359 u sa l-1 ta Jannar 2017 biex jilħqu EUR 380.

Mingħajr preġudizzju għad-derogi ta' l-Artikolu 7 stabbiliti fit-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri jistgħu japplikaw perjodu ta' tranżizzjoni addizzjonali għal gas oil użat bħala propellant sa l-1 ta' Jannar 2016 biex jilħqu EUR 359.

Test propost mill-Kummissjoni

 

l-1 ta' Jannar 2004

l-1 ta' Jannar 2010

l-1 ta' Jannar 2012

l-1 ta' Jannar 2014

Petrol bla ċomb

(f'euro għal kull 1 000 l)

Kodiċi NM 2710 11 31, 2710 11 41, 2710 11 45 u 2710 11 49

359

359

359

380

Gas oil

(f'euro għal kull 1 000 l)

Kodiċi NM 27101941 sa 2710 19 49

302

330

359

380

Emenda mill-Parlament

 

l-1 ta' Jannar 2004

l-1 ta' Jannar 2010

l-1 ta' Jannar 2012

l-1 ta' Jannar 2015

Petrol bla ċomb

(f'euro għal kull 1 000 l)

Kodiċi NM 2710 11 31, 2710 11 41, 2710 11 45 u 2710 11 49

359

359

359

359

Gas oil

(f'euro għal kull 1 000 l)

Kodiċi NM 2710 19 41 sa 2710 19 49

302

330

340

359

Mingħajr preġudizzju għall-perjodi ta' żmien stipulati fl-Artikolu 18a (5),(6) u (9) u fl-Artikolu 18c, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin :

Ir-rati tat-taxxa tas-sisa minimi kemm fuq il-petrol bla ċomb u kemm fuq il-gas oil m'għandhomx ikunu inqas minn EUR 359 għal kull 1 000 litru qabel l-1 ta' Jannar 2015.

L-Istati Membri li skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja jridu jżidu r-rata tat-taxxa tas-sisa fuq il-gas oil għal EUR 340 għal kull 1 000 litru sa l-1 ta' Jannar 2012 jridu jimponu rata ta' talanqas EUR 359 għal kull 1 000 litru sa l-1 ta' Jannar 2015.

L-Istati Membri li fihom ir-rata tat-taxxa tas-sisa fuq il-gas oil qabżet EUR 400 għal kull 1 000 litru fl-1 ta' Jannar 2008, m'għandhomx jgħollu r-rata tat-taxxa tas-sisa fuq il-gas oil iktar qabel l-1 ta' Jannar 2015.

L-Istati Membri li fihom ir-rata tat-taxxa tas-sisa fuq il-petrol bla ċomb qabżet EUR 500 għal kull 1 000 litru fl-1 ta' Jannar 2008 mgħandhomx iżidu aktar dik ir-rata qabel l-1 ta' Jannar 2015.

(5a)     Għandu jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:

Artikolu 29a

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar kemm l-Istati Membri li l-perjodu ta' tranżizzjoni tagħhom jispiċċa fl-2010 ssodisfaw l-obbligi tagħhom.


(1)  sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


Top