EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0092

Organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward il-kwoti nazzjonali tal-ħalib (COM(2007)0802 - C6-0015/2008 - 2007/0281(CNS))

ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 124–127 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 66/124


Organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) *

P6_TA(2008)0092

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward il-kwoti nazzjonali tal-ħalib (COM(2007)0802 — C6-0015/2008 — 2007/0281(CNS))

(2009/C 66 E/33)

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0802),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0015/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0046/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(3)

Il-Kunsill talab li l-Kummissjoni twettaq rapport ta' prospettiva dwar is-suq meta kienu ġew implimentati għal kollox ir-riformi ta' l-2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib bil-ħsieb li jiġi evalwat jekk l-allokazzjoni ta' kwoti addizzjonali kinitx xierqa .

(3)

Il-Kunsill talab li l-Kummissjoni twettaq rapport ta' prospettiva dwar is-suq meta kienu ġew implimentati għal kollox ir-riformi ta' l-2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib , u fuq il-bażi ta' dan ir-rapport għandha tittieħed deċiżjoni.

(4)

Dan ir-rapport sar u kkonkluda li s-sitwazzjoni attwali tas-swieq tal-Komunità u tad-dinja u s-sitwazzjoni tagħhom prevista għall-perjodu sa l-2014, jiġġustifikaw żieda addizzjonali ta' 2 % fil-kwota biex iktar ħalib ikun jista' jkun prodott fil-Komunità biex jgħin biex jintlaħqu r-rekwiżiti tas-suq emerġenti għal-prodotti tal-ħalib.

(4)

Dan ir-rapport sar u kkonkluda li s-sitwazzjoni attwali tas-swieq tal-Komunità u tad-dinja u s-sitwazzjoni tagħhom prevista għall-perjodu sa l-2014, jistgħu jiġġustifikaw żieda addizzjonali fil-kwota.

(4a)

Il-kwoti tal-ħalib ma jintużawx biżżejjed fil-livell ta' l-UE.

(4b)

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar prezzijiet ta' l-għalf u ta' l-ikel li qed jogħlew (1), talab lill-Kummissjoni biex tipproponi b'urġenza żieda temporanja fil-kwoti tal-ħalib sabiex jiġu stabbilizzati l-prezzijiet fis-suq intern.

(4c)

Il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji programm ta' ristrutturazzjoni tal-fondi maħsuba għas-settur tal-ħalib.

(4d)

Is-sitwazzjoni attwali tas-suq tal-prodotti tal-ħalib fl-Unjoni toffri prospettivi ta' tkabbir għall-produtturi li jixtiequ dan, meta wieħed iqis l-insuffiċjenza tal-produzzjoni meta mqabbla mat-talba li dejjem tiżdied.

(5)

Għalhekk, huwa xieraq li ssir żieda ta' 2 % fil-kwoti ta' l-Istati Membri kollha kif jidher fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta' April 2008.

(5)

Għalhekk, huwa xieraq li l-Istati Membri ikunu awtorizzati jżidu l-kwoti tagħhom, fuq bażi mhux obbbligatorja, kif jidher fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bi 2 % iktar mill-allokazzjoni kurrenti tagħhom mill-1 ta' April 2008 , filwaqt li jkun rikonoxxut li mhux l-Istati Membri kollha bħalissa jużaw l-allokazzjonijiet tagħhom għall-kwoti u li xi Stati Membri mhux se jużaw iż-żieda fil-kwoti .

(5a)

Iż-żieda fil-kwoti tal-ħalib mill-1 ta' April 2008 'l quddiem ma tippermettix li wieħed jistma minn qabel ir-riżultati ta' l-eżami mill-ġdid tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-qafas tal-Kontroll tas-Saħħa tal-Politika Agrikola Komuni.

(5b)

Iż-żieda fil-kwoti tal-ħalib matul is-sena ta' kwota 2008/2009 bħalissa ma tikkostitwixxix theddida għall-istabbilità tas-suq tal-ħalib ta' l-UE u l-kwoti m'għandhomx l-għan li jistabbilizzaw lis-suq tal-ħalib u li jiggarantixxu l-profittabilità tal-produzzjoni.

(5c)

Għandha tiġi wkoll eżaminata l-imġiba tal-produtturi, peress li f'xi Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea il-kwoti qed jintużaw ħafna inqas milli suppost.

(5d)

Hu neċessarju li tiżdied ir-riċerka dwar l-imġiba tal-konsumaturi fis-suq tal-ħalib peress li dan is-suq hu sensittiv ħafna għall-bidliet. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri immedjatament sabiex tiżdied ir-riċerka f'dan il-qasam.

(6a)

Dawn l-aħħar ġimgħat, it-tendenza tas-swieq internazzjonali u ta' ħafna swieq ta' l-Unjoni, mingħajr żieda fil-produzzjoni, diġà qed turi tnaqqis evidenti fil-kwotazzjonijiet tal-boroż tal-merkanziji. Għalhekk, hu f'waqtu li jiġu determinati l-effetti fuq perjodu ta' żmien medju ta' żieda ta' 2 % fil-kwoti.

(6b)

Il-produzzjoni tal-ħalib tokkupa post determinanti fil-ħolqien ta' qligħ fir-reġjuni żvantaġġjati ta' l-Unjoni Ewropea, għaliex ħafna drabi ma jkunx hemm alternattivi ekwivalenti fil-qasam tal-produzzjoni agrikola. Għandha tingħata attenzjoni partikulari wkoll lill-effetti speċifiċi tal-miżuri li għandhom applikazzjoni kummerċjali fuq il-valur miżjud u ż-żamma ta' produzzjoni reġjonali sostenibbli tal-ħalib, li hi essenzjali għas-settur agrikolu.

Artikolu -1

Fl-Artikolu 78(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, qed jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għas-sena ta' kwota 2008/09, ser ikun hemm taxxa fuq il-produzzjoni żejda tal-ħalib u ta' prodotti oħra tal-ħalib ikkummerċjalizzati li jaqbżu l-kwota nazzjonali, kif inhu stabbilit bi qbil mas-Sotto-taqsima II jekk, wara li ssir firxa bbilanċjata madwar l-UE, ikun għad baqa' żżejjed.” .

Il-Punt 1 ta' l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jinbidel fit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament .

Il-kwoti ta' l-Istati Membri jiżdiedu bi 2 % fuq bażi volontarja mill-1 ta' April 2008. Il-Punt 1 ta' l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi aġġustat konsegwentement .

Artikolu 1a

Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2009, għandha tippreżenta analiżi tar-riżultati ekonomiċi, soċjali u ambjentali taż-żieda fil-kwoti tal-ħalib, b'kunsiderazzjoni partikolarment taz-zoni muntanjużi u r-reġjuni l-oħra sottomessi għal kundizzjonijiet ta' produzzjoni komparattivament iktar żvantaġġjati.

Artikolu 1b

Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2009, għandha tippreżenta rapport dwar l-imġiba tal-konsumaturi fis-suq tal-ħalib kif ukoll dwar l-elementi speċifiċi tal-produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni żvantaġġjati.


(1)   Testi Adottati, P6_TA(2007)0480.


Top