EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0091

L-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti (COM(2006)0778 - C6-0457/2006 - 2006/0258(COD))

ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 98–123 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 66/98


L-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti ***I

P6_TA(2008)0091

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi li jikkonċernaw il-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti (COM(2006)0778 — C6-0457/2006 — 2006/0258(COD))

(2009/C 66 E/32)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0778),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1), skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0457/2006),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0004/2008),

1.

japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3

jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2006)0258

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi dwar il-pestiċidi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegћu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Image,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (4) gћarfet li l-impatt tal-pestiċidi fuq is-saћћa tal-bniedem u fuq l-ambjent, b'mod partikolari mill-

Image

pestiċidi li jintużaw fl-agrikoltura, gћandu jitnaqqas iżjed. Din enfasizzat il-ћtieġa sabiex ikun hemm użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi, waqt li sejћet gћal tnaqqis ġenerali sinifikanti tar-riskji u gћall-użu ta' pestiċidi li jkunu konsistenti mal-protezzjoni meћtieġa gћall-uċuh tar-raba'.

(2)

Fil-Komunikazzjoni tagћha lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li ġġib l-isem “Lejn Strateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi”

Image

, il-Kummissjoni gћarfet il-ћtieġa gћal statistiċi dettaljati, armonizzati u aġġornati dwar il-bejgћ u l-użu ta' pestiċidi fuq livell Komunitarju. Dawn l-istatistiċi huma meћtieġa sabiex jiġu vvalutati l-istrateġiji politiċi ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp sostenibbli u sabiex jiġu kkalkulati l-indikaturi rilevanti dwar ir-riskji gћas-saћћa u gћall-ambjent li huma relatati ma' l-użu tal-pestiċidi.

(3)

L-istatistiċi armonizzati u komparabbli tal-Komunità dwar il-produzzjoni, l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet, il-bejgћ , id-distribuzzjoni u l-użu tal-pestiċidi huma essenzjali gћall-iżvilupp u gћall-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni u ta' l-istrateġiji politiċi tal-Komunità fil-kuntest ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi.

(4)

Peress li l-effetti tad-Direttiva relattivament ġdida 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (5) mhux se evidenti jekk mhux sew wara l-2006, meta tkun ġiet iffinalizzata l-ewwel valutazzjoni dwar is-sustanzi attivi gћall-użu fi prodotti bijoċidali, la l-Kummissjoni u lanqas ћafna mill-Istati Membri m'gћandhom bћalissa l-gћarfien u l-esperjeza biżżejjed sabiex jipproponu aktar miżuri dwar il-bijoċidi.

Image

Dan ir-Regolament għandu jkun , gћalhekk, limitat gћall- pestiċidi li huma koperti bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru [] dwar it-tqegћid fis-suq ta' prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti (6), li fir-rigward tagħhom teżisti diġà esperjenza kbira f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġbir tad-data. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha madankollu tinkludi fl-Anness III ta' dan ir-Regolament l-użu ta' prodotti bijoċidali li jkun fihom sustanzi koperti wkoll mir-Regolament (KE) Nru …/… [dwar it-tqegћid fis-suq ta' prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti]. F'fażi aktar tard, meta tkun inkisbet biżżejjed esperjenza mill-pubblikazzjoni ta' l-ewwel rapport previst fid-Direttiva 98/8/KE, il-Kummissjoni għandha testendi l-ambitu ta' dan ir-Regolament biex tkopri l-użu tal-bijoċidi rilevanti u għal dan l-għan tinkludi dawn is-sustanzi fl-Anness III .

(5)

Gћal ћafna snin l-esperjenza tal-Kummissjoni fil-ġbir ta' data dwar il-bejgћ u l-użu ta'

Image

pestiċidi uriet il-ћtieġa li jkun hemm metodoloġija armonizzata gћall-ġbir ta' statistiċi fuq livell Komunitarju kemm mill-katina tad-distribuzzjoni kif ukoll mill-utenti. Barra minn hekk, minћabba l-gћan li jiġu kkalkulati indikaturi ta' riskju preċiżi skond l-gћanijiet ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, l-istatistiċi jeћtieġ li jkunu dettaljati sal-livell tas-sustanzi attivi.

(6)

Fost l-gћażliet differenti tal-ġbir ta' data li ġew ivvalutati fil-valutazzjoni ta' l-impatt ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, il-ġbir mandatorju tad-data ġie rakkomandat bћala l-aћjar gћażla gћaliex dan ikun jippermetti, malajr u bl-inqas spiża possibbli, l-iżvilupp ta' data preċiża u affidabbli dwar il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-użu ta' pestiċidi .

(7)

Il-miżuri gћall-produzzjoni ta' l-istatistiċi li huma previsti f'dan ir-Regolament huma meћtieġa gћar-rendiment ta' l-attivitajiet tal-Komunità. Peress li l-gћan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas gћall-produzzjoni ta' statistiċi tal-Komunità dwar it-tqegћid fis-suq u l-użu ta' pestiċidi , ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri

Image

u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imsemmi f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meћtieġ sabiex jintlaħaq dan l-gћan.

(8)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità (7) jikkostitwixxi l-qafas ta' referenza gћad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, dan jirrikjedi l-konformità ma' standards ta' imparzjalità, ta' affidabiltà, ta' oġġettività, ta' indipendenza xjentifika, ta' akkuratezza, ta' effiċjenza f' sens ta' nfiq u ta ' kunfidenzjalità statistika .

(9)

B'kunsiderazzjoni xierqa ta' l-obbligi skond il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika ta' l-Ewropa għan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f'Aspetti Ambjentali tal-25 ta' Ġunju 1998 (Konvenzjoni ta' Aarhus) , il-protezzjoni meћtieġa gћall-konfidenzjalità tad-data ta' valur kummerċjali hemm bżonn li tiġi żgurata, fost mezzi oћra, b'aggregazzjoni xierqa meta jiġu ppubblikati l-istatistiċi.

(10)

Sabiex jiġu garantiti riżultati komparabbli, l-istatistiċi dwar il-

Image

pestiċidi gћandhom ikunu ġenerati skond analiżi statistika speċifikata, f'forma xierqa u fi ħdan perjodu fiss ta' żmien mit-tmiem tas-sena ta' referenza, kif definit fl-Annessi gћal dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri meћtieġa gћall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament gћandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8).

(12)

B'mod partikolari,

Image

il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi l-kriterji tal-valutazzjoni tal-kwalità u tadatta l-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja ma' l-iskrutinju imsemmija fl-Artikolu 5 a tad-Deċiżjoni

Image

1999/468/KE.

(13)

Il-Kumitat tal-Programm ta' Statistika (SPC), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (9), ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett, il-kamp ta' applikazzjoni u l-għanijiet

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas gћall-produzzjoni ta' statistiċi tal-Komunità dwar il-produzzjoni, it-tqegћid fis-suq u l-użu ta' pestiċidi .

2.   L-istatistiċi gћandhom japplikaw gћal:

l-ammonti annwali ta' Image pestiċidi li jiġu mmanifatturati u li jitqiegħdu fis-suq skond l-Anness I;

l-ammonti annwali ta' Image pestiċidi li jintużaw Image skond l-Anness II;

l-ammonti annwali ta' prodotti bijoċidali użati li jappartjenu għat-tipi ta' prodotti 14 - 19 kif definiti fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE.

3.   L-istatistiċi, b'mod partikolari, għandu jkollhom l-objettivi li ġejjin:

l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal- Pestiċidi ,

l-iżvilupp ta' indikaturi ta' riskju nazzjonali u Komunitarji armonizzati, l-identifikazzjoni ta' tendenzi fl-użu ta' pestiċidi u l-evalwazzjoni ta' l-effikaċja ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali skond id-Direttiva .../.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jintlaħaq użu sostenibbli tal-pestiċidi (10),

li tinġabar informazzjoni dwar il-flussi ta' sustanzi fl-istadji ta' produzzjoni, ta' kummerċ u ta' użu ta' pestiċidi .

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Gћall-gћanijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin gћandhom japplikaw:

(a)

“pestiċidi” tfisser:

prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti kif definit fl-Artikolu [2(1)] tar-Regolament (KE) Nru .../... [dwar it-tqegћid fis-suq ta' prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti];

prodotti bijoċidali kif definiti fid-Direttiva 98/8/KE li jappartjenu għat-tipi ta' prodotti 14 - 19 kif definiti fl-Anness V tagħha;

(b)

“is-sustanza” tfisser is-sustanza kif definit fl-Artikolu [3(2)] tar-Regolament (KE) Nru .../... [dwar it-tqegћid fis-suq ta' prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti], inklużi s-sustanzi attivi, is-safeners (sustanzi protettivi gћall-uċuh tar-raba') u s-synergists;

(c)

“it-tqegћid fis-suq” tfisser l-introduzzjoni fis-suq kif definit fl-Artikolu [3(13)] tar-Regolament (KE) Nru .../... [dwar it-tqegћid fis-suq ta' prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti];

(d)

“il-fornitur” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li jkollha 'awtorizzazzjoni' biex tpoġġi fis-suq

Image

pestiċidi kif definit fl-Artikolu [3(16)] tar-Regolament (KE) Nru .../... [dwar it-tqegћid fis-suq ta' prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti];

(e)

“l-użu agrikolu” tfisser kwalunkwe tip ta' applikazzjoni ta'

Image

pestiċidi gћall-persuna nnifisha jew gћal parti terza, li tkun assoċjata direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta' prodotti ta' pjanti fil-kuntest ta' l-attività ekonomika ta' l-impriża agrikola;

(f)

“l-utent professjonali” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li tuża l-pestiċidi fil-qafas ta' l-attività professjonali tagħha, inkluż l-operaturi, it-tekniċi, l-impjegati, il-persuni li jaћdmu gћal rashom fis-settur tal-biedja jew mhux tal-biedja, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva …/…/KE

Image

[li tistabbilixxi qafas gћall-azzjoni Komunitarja sabiex jinkiseb l-użu sostenibbli tal-pestiċidi]

Image

;

(g)

“l-impriża agrikola” tfisser impriża agrikola kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta' Frar 1988 dwar l-organizzazzjoni ta' l-istħarriġ tal-Komunità dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli (11).

Artikolu 3

Il-ġbir, it-trażmissjoni u l-ipproċessar tad-data

1.   L-Istati Membri gћandhom jiġbru d-data meћtieġa gћall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fl-Annessi I u II permezz ta':

data minn produtturi, kummerċjanti u importaturi tal-pestiċidi,

l-obbligi ta' rappurtar li japplikaw gћall-fornituri u li jikkonċernaw il- Image pestiċidi li jitqiegћdu fis-suq; jistgћu jintużaw awtorizzazzjonijiet distinti gћall-użi professjonali u mhux professjonali, b'mod partikulari, l-obbligi skond l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru .../… [dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti] ,

l-obbligi ta' rappurtar li japplikaw gћall-utenti professjonali u li jkunu bbażati fuq ir-rekords li jinżammu u li jirrigwardaw l-użu tal-prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti b'mod partikulari, l-obbligi skond l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru .../… [dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti],

stħarriġ,

is-sorsi amministrattivi, jew

kombinazzjoni ta' dawn il-mezzi, inklużi proċeduri ta' stima statistika fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet jew mudelli esperti.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-għażla tagħhom ta' ġbir ta' data skond il-paragrafu 1, u l-Kummissjoni għandha tapprova l-metodu ta' ġbir ta' data skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(3).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' pestiċidi u min hu responsabbli għat-tqegħid fis-suq u/jew l-importazzjoni ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jagħtu rapport annwali lill-awtoritajiet kompetenti dwar:

f'liema kwantitajiet jiġu prodotti sustanzi partikolari jew pestiċidi partikolari,

f'liema kwantitajiet sustanza attiva partikolari pestiċidi partikolari huma fornuti lill-kumpaniji ta' pproċessar jew lil impriżi li jbigħu bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea,

f'liema kwantitajiet sustanza attiva partikolari jew pestiċidi partikolari jiġu esportati.

Din l-informazzjoni għandha tiġi evalwata mill-awtoritajiet kompetenti u, meta jkun xieraq, wara li tiġi pproċessata biex tiġi mħarsa l-kunfidenzjalità ta' ċerta informazzjoni, għandha tiġi ppubblikata.

4.   L-Istati Membri gћandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni r-riżultati statistiċi, inkluża d -data konfidenzjali, skond l-iskedi u fil-limiti ta' żmien speċifikati fl-Annessi I u II. Id-data gћandha tiġi ppreżentata skond il-klassifikazzjoni mogћtija fl-Anness III. L-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu d-data għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità .

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data miġbura tintuża għal evalwazzjoni xierqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mill-korpi konsultattivi eżistenti tagħhom fir-rigward ta' l-objettivi tal-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni rispettivi kif jingħad fid-Direttiva .../.../KE [li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ippubblikata fl-internet, filwaqt li jitqiesu n-natura kunfidenzjali ta' informazzjoni sensittiva dwar in-negozju kif ukoll l-obbligi tal-privatezza.

6.   L-Istati Membri gћandhom jittrażmettu d-data f'verżjoni elettronika, skond il-format tekniku xieraq li jrid jiġi adottat mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(2).

7.   L-Istati Membri gћandhom jipproduċu r-rapporti dwar il-kwalità ta' l-istatistiċi kif dikjarat fl-Annessi I u II.

8.   Il-Kummissjoni gћandha tiddetermina l-kriterji tal-valutazzjoni tal-kwalità skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(3).

9.    Gћal raġunijiet ta' kunfidenzjalità , qabel il-pubblikazzjoni u meta jkun xieraq , il-Kummissjoni gћandha tgћaqqad id-data skond il-klassijiet kimiċi jew il-kategoriji tal-prodotti kif indikat fl-Anness III, filwaqt li jitqiesu n-natura kunfidenzjali ta' informazzjoni sensittiva dwar in-negozju kif ukoll l-obbligi tal-privatezza .

Skond ir-Regolament (KE) Nru 322/97, id-data kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-awtorità Komunitarja għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament biss.

Artikolu 4

Il-miżuri ta' implimentazzjoni

1.   Il-miżuri li ġejjin meћtieġa gћall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, gћandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(2):

(a)

l-adozzjoni tal-format tekniku xieraq gћat-trażmissjoni tad-data (l-Artikolu 3(6));

(b)

id-definizzjoni tal-format u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità li għandhom jiġu forniti mill-Istati Membri (it-Taqsima 7 ta' l-Anness I u t-Taqsima 6 ta' l-Anness II);

2.   Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(3):

(a)

id-determinazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni tal-kwalità (l-Artikolu 3(8));

(b)

id-definizzjoni ta' l-'erja ta' l-uċuh tar-raba' ttrattata u ta' l-'istaġun tal-ћsad' imsemmija fit-Taqsima 2 u 4 ta' l-Anness II rispettivament;

(c)

l-adattament ta' l-ispeċifikazzjonijiet elenkati fit-Taqsima 4 ta' l-Anness I u t-Taqsima 3 ta' l-Anness II, rigward il-miżuri ta' rappurtar;

(d)

l-adattament tal-lista ta' sustanzi li għandhom ikunu koperti u l-klassifikazzjoni tagћhom f'kategoriji ta' prodotti u fi klassijiet kimiċi kif imfisser fl-Anness III. Jeħtieġ li l-adattament tal-lista tas-sustanzi jsir fuq bażi regolari u fid-dawl ta' l-evalwazzjoni li qed issir ta' sustanzi attivi .

Artikolu 5

Il-proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni gћandha tkun mgћejjuna mill-Kumitat tal-Programm ta' Statistika.

2.   Fejn issir referenza gћal dan il-paragrafu, Image għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagћha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE gћandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu Image għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 6

Ir-rapport

Il-Kummissjoni gћandha tressaq rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ћames snin. Dan ir-rapport gћandu jevalwa b'mod partikolari l-kwalità u l-komparabilità tad-data trażmessa, il-piż fuq l-impriżi agrikoli, fuq l-impriżi ta' l-ortikultura u fuq negozji oħra , kif ukoll l-utilità ta' dawn l-istatistiċi fil-kuntest ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, b'mod partiklari fir-rigward ta' l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1. Huwa għandu jinkludi, jekk ikun xieraq, proposti mfassla biex tkompli titjieb il-kwalità tad-data u jonqos il-piż fuq l-impriżi agrikoli u fuq negozji oħra .

L-ewwel rapport gћandu jiġi sottomess sat-tmiem ta'… (12).

Artikolu 7

Id-dћul fis-seћћ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Image

Gћall-Parlament Ewropew

Il-President

Gћall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 256, 27.10.2007, p. 86.

(2)  ĠU C …

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2008.

(4)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 123, Image 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aћћar bid-Direttiva Image 2008/31/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 57).

(6)  ĠU L

(7)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aћћar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(8)  ĠU L 184, Image 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(9)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

(10)   ĠU L …

(11)  ĠU L 56, 2.3.1988, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aћћar bir-Regolament Image (KE) Nru 1928/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 7).

(12)  S-Seba' sena kalendarja wara d-dћul fis-seћћ ta' dan ir-Regolament.

ANNESS I

L-Istatistiċi dwar il-produzzjoni u t-tqegћid fis-suq ta' pestiċidi

TAQSIMA 1

Il-kopertura

L-istatistiċi gћandhom jinkludu s-sustanzi kollha elenkati fl-Anness III li jikkonsistu minn sustanzi attivi, safeners jew synergists li jinsabu Image f' pestiċidi li jitpoġġew fis-suq f'kull Stat Membru. Gћandha tingћata attenzjoni speċjali sabiex jiġi evitat l-gћadd doppju f'każ li l-prodott jiġi rikondizzjonat jew f'każ li jkun hemm trasferiment ta' l-awtorizzazzjoni bejn il-fornituri.

TAQSIMA 2

Il-varjabbli

F'kull Stat Membru gћandha tiġi kkompilata l-kwantità ta' kull sustanza elenkata fl-Anness III li tintuża f'pestiċidi u fi prodotti bijoċidali li jitqiegħdu fis-suq.

TAQSIMA 3

Obbligu ta' rappurtar

Il-produtturi ta' pestiċidi u dawk responsabbli għat-tqegħid fis-suq u/jew l-importazzjoni ta' pestiċidi għandhom jagħtu rapport fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti dwar:

f'liema kwantitajiet sustanzi partikolari jew pestiċidi partikolari jiġu prodotti;

f'liema kwantitajiet sustanza attiva partikolari pestiċidi huma fornuti lil kumpaniji ta' pproċessar jew lil impriżi li jbigħu bl-ingrossa fl-Unjoni Ewropea;

f'liema kwantitajiet sustanza partikolari jew pestiċidi jiġu esportati.

TAQSIMA 4

Il-miżuri ta' rappurtar

Id-data gћandha tiġi espressa f'kilogrammi ta' sustanzi.

TAQSIMA 5

Il-perjodu ta' referenza

Il-perjodu ta' referenza gћandu jkun ta' sena kalendarja.

TAQSIMA 6

L-ewwel perjodu ta' referenza, il-perjodiċità u t-trażmissjoni tar-riżultati

1.

L-ewwel perjodu ta' referenza huwa ... (1).

2.

Wara l-ewwel perjodu ta' referenza, l-Istati Membri gћandhom ifornu d-data għal kull sena kalendarja u għandhom jippubblikawha — f'forma aggregata, meta xieraq — fuq l-Internet, filwaqt li jitqiesu n-natura sensittiva ta' informazzjoni sensittiva dwar in-negozju kif ukoll l-obbligi tal-privatezza .

3.

Id-data gћandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena referenza.

TAQSIMA 7

Ir-rapport dwar il-kwalità

L-Istati Membri gћandhom ifornu lill-Kummissjoni b'rapport dwar il-kwalità, li jindika:

il-metodoloġija użata sabiex tinġabar id-data;

l-aspetti rilevanti tal-kwalità skond il-metodoloġija użata sabiex tinġabar id-data;

deskrizzjoni ta' l-istimi, ta' l-aggregazzjonijiet u tal-metodi ta' esklużjoni li jiġu użati.

Dan ir-rapport gћandu jintbagћat lill-Kummissjoni fi żmien 15-il xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.

Ir-rapport li jikkonċerna t-tieni sena ta' referenza gћandu jkollu stima mhux analizzata tal-proporzjonijiet tal-kwantità totali ta' sustanzi f'kull grupp maġġuri elenkat fl-Anness III li jintużaw Image f' pestiċidi li jitpoġġew fis-suq gћal użi agrikoli u mhux agrikoli. Dawn l-istimi gћandhom jiġu mġedda kull ћames snin.


(1)  S-seba' sena kalendarja wara d-dћul fis-seћћ ta' dan ir-Regolament.

ANNESS II

L-istatistiċi dwar l-użu agrikolu ta' prodotti gћall- pestiċidi

TAQSIMA 1

Il-kopertura

1.

L-istatistiċi gћandhom jinkludu l-użu agrikolu , ortikulturali u l-użu professjonali mhux agrikolu tal-prodotti għall-pestiċidi, bħall-użu f'postijiet pubbliċi fejn hemm il-ħdura, jew għall-manutenzjoni tat-toroq u tal-binarji tal-ferrovija f'kull Stat Membru.

2.

Kull Stat Membru gћandu jagћżel sett ta' prodotti tar-raba' elenkati fil-kategoriji D, F, G u I tal-karatteristiċi definiti fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 571/88

Image

u jikkompila l-istatistiċi gћal dawn il-prodotti tar-raba'. L-istatistiċi gћandhom jinkludu mill-inqas 75 % tal-kwantità totali ta' sustanzi li jitpoġġew fis-suq kull sena gћal użu agrikolu, kif stmat fir-rapport dwar il-kwalità gћat-tieni sena ta' referenza li jissemma fit-Taqsima 7 ta' l-Anness I.

3.

L-istatistiċi gћandhom jinkludu s-sustanzi kollha elenkati fl-Anness III li jikkonsistu minn sustanzi attivi, safeners jew synergists li jitpoġġew

Image

f' pestiċidi u li jinstabu fil-prodotti tar-raba' li jintagħżlu matul il-perjodu ta' referenza.

TAQSIMA 2

Il-varjabbli

1.

Il-kwantità ta' kull sustanza elenkata fl-Anness III li tinstab

Image

f' pestiċidi li jintużaw gћal kull prodott tar-raba' li jiġi magћżul gћandha tiġi kkompilata ma' l-erja totali kkultivata u ma' l-'erja ta' l-uċuh tar-raba' ttrattati' b'kull sustanza.

2.

Id-definizzjoni ta' l-'erja ta' l-uċuh tar-raba' ttrattati' gћandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(3).

TAQSIMA 3

Il-miżuri ta' rappurtar

1.

Il-kwantitatjiet ta' sustanzi użati gћandhom jiġu espressi f'kilogrammi.

2.

L-uċuh ikkultivati u l-uċuh ittrattati gћandhom jiġu espressi f'ettari.

TAQSIMA 4

Il-perjodu ta' referenza

1

Il-perjodu ta' referenza gћandu jkun l-'istaġun tal-ћsad' li jinkludi l-prattiki kulturali marbuta ma' l-uċuh tar-raba' kkonċernati u li jinkludi t-trattamenti kollha ta' protezzjoni gћall-pjanti li huma assoċjati direttament jew indirettament ma' dawn l-uċuh tar-raba'.

2.

L-'istaġun tal-ћsad' gћandu jitqies bћala s-sena li fiha jkun sar il-ћsad.

3.

Id-definizzjoni ta' l-'istaġun tal-ћsad' gћandha tiġu ddeterminata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(3).

TAQSIMA 5

L-ewwel perjodu ta' referenza, il-perjodiċità u t-trażmissjoni tar-riżultati

1.

Gћal kull perjodu ta' ћames snin, l-Istati Membri gћandhom jikkompilaw statistiċi dwar l-użu tal-

Image

pestiċidi gћal kull prodott tar-raba' li jiġi magћżul f'perjodu ta' referenza, kif definit fit-Taqsima 4.

2.

L-Istati Membri jistgћu jagћżlu l-perjodu ta' referenza fi kwalunkwe żmien tal-perjodu ta' ћames snin. L-gћażla gћal kull prodott tar-raba' li jiġi magћżul tista' ssir b'mod indipendenti.

3.

L-ewwel perjodu ta' ћames snin gћandu jibda fl-... (1)

4.

L-Istati Membri gћandhom ifornu d-data gћal kull perjodu ta' ћames snin.

5.

Id-data gћandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni u għandha tkun ippubblikata - f'forma aggregata, meta xieraq - fuq l-Internet, fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta' kull perjodu ta' ћames snin, filwaqt li jitqiesu n-natura kunfidenzjali ta' informazzjoni sensittiva dwar in-negozju kif ukoll l-obbligi tal-privatezza .

TAQSIMA 6

Ir-rapport dwar il-kwalità

Meta jibagћtu r-riżultati tagћhom, l-Istati Membri gћandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport dwar il-kwalità, li jindika:

it-tfassil tal-metodoloġija tat-teћid ta' kampjuni;

il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

stima dwar l-importanza relattiva tal-ћxejjex koperti fir-rigward ta' l-ammont ġenerali ta' Image pestiċidi li jiġu użati;

l-aspetti rilevanti tal-kwalità skond il-metodoloġija użata gћall-ġbir tad-data;

paragun bejn id-data dwar il- Image pestiċidi li jiġu użati matul il-perjodu ta' ћames snin u l- Image pestiċidi li jitpoġġew fis-suq matul il-ћames snin korrispondenti.


(1)  L-ewwel sena kalendarja wara d-dћul fis-seћћ tar-Regolament.

ANNESS III

Il-klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi

Meta jirrapportaw id-data dwar il- pestiċidi , l-Istati Membri gћandhom jirreferu gћal-lista ta' sustanzi (li jikkonsistu minn sustanzi attivi, safeners u synergists) t'hawn taћt u jużaw il-klassifikazzjoni kimika li ġejja fi ћdan il-kategoriji differenti ta' prodotti. Fejn ma teżisti ebda traduzzjoni uffiċjali, l-ismijiet tas-sustanzi għandhom ikunu l-ismijiet komuni bl-Ingliż ippubblikati mill-Kunsill Ingliż gћall-Produzzjoni tal-Ħxejjex (BCPC) (1). Meta tippubblika d-data, il-Kummissjoni gћandha tuża l-istess klassifikazzjoni. Jekk ikun meћtieġ minħabba l-protezzjoni ta' data konfidenzjali, gћandha tiġi ppubblikata biss id-data aggregata skond il-klassijiet kimiċi jew il-kategoriji ta' prodotti.

Il-Kummissjoni gћandha tirrivedi l-lista tas-sustanzi u l-klassifikazzjoni fi klassijiet kimiċi u f'kategoriji ta' prodotti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(3) u waqt li tikkunsidra l-evoluzzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../... [dwar it-tqegћid fis-suq ta' prodotti gћall-protezzjoni tal-pjanti].

IL-GRUPPI MAĠĠURI

Il-Kodiċi

Il-Klassi Kimika

L-ismijiet komuni tas-sustanzi

CAS RN (2)

CIPAC (3)

Il-kategoriji tal-prodotti

 

 

In-Nomenklatura Komuni

 

 

Il-Funguċidi u l-Batteriċidi

F0

 

 

 

 

Il-Funguċidi inorganiċi

F1

 

 

 

 

 

F1.1

IL-KOMPOSTI TAR-RAM

IL-KOMPOSTI TAR-RAM KOLLHA

 

44

 

F1.1

 

IDROSSIDU TAR-RAM

20427-59-2

44

 

F1.1

 

OSSIKLORIDU TAR-RAM

1332-40-7

44

 

F1.1

 

SULFAT TAR-RAM

7758-98-7

44

 

F1.1

 

MELĦ IEĦOR TAR-RAM

 

44

 

F1.2

KUBRIT INORGANIKU

KUBRIT

7704-34-9

18

 

F1.3

IL-FUNGUĊIDI INORGANIĊI OĦRA

FUNGUĊIDI INORGANIĊI OĦRA

 

 

Il-funguċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq id-ditjokarbamati

F2

 

 

 

 

 

F2.1

IL-FUNGUĊIDI TAL-KARBANILAT

DIETHOFENCARB

87130-20-9

513

 

F2.2

IL-FUNGUĊIDI TAL-KARBAMAT

PROPAMOCARB

24579-73-5

399

 

F2.2

 

IPROVALICARB

140923-17-7

620

 

F2.3

IL-FUNGUĊIDI TAD- DITJOKARBAMAT

MANCOZEB

8018-01-7

34

 

F2.3

 

MANEB

12427-38-2

61

 

F2.3

 

METIRAM

9006-42-2

478

 

F2.3

 

PROPINEB

12071-83-9

177

 

F2.3

 

THIRAM

137-26-8

24

 

F2.3

 

ZIRAM

137-30-4

31

Il-funguċidi bbażati fuq il-benżimidażoli

F3

 

 

 

 

 

F3.1

IL-FUNGUĊIDI TAL-BENZIMIDAZOLE

CARBENDAZIM

10605-21-7

263

 

F3.1

 

FUBERIDAZOLE

3878-19-1

525

 

F3.1

 

THIABENDAZOLE

148-79-8

323

 

F3.1

 

THIOPHANATE-METHYL

23564-05-8

262

Il-funguċidi bbażati fuq l-imidażoli u fuq it-trijażoli

F4

 

 

 

 

 

F4.1

IL-FUNGUĊIDI TAL-CONAZOLE

BITERTANOL

55179-31-2

386

 

F4.1

 

BROMUCONAZOLE

116255-48-2

680

 

F4.1

 

CYPROCONAZOLE

94361-06-5

600

 

F4.1

 

DIFENOCONAZOLE

119446-68-3

687

 

F4.1

 

DINICONAZOLE

83657-24-3

690

 

F4.1

 

EPOXICONAZOLE

106325-08-0

609

 

F4.1

 

ETRIDIAZOLE

2593-15-9

518

 

F4.1

 

FENBUCONAZOLE

114369-43-6

694

 

F4.1

 

FLUQUINCONAZOLE

136426-54-5

474

 

F4.1

 

FLUSILAZOLE

85509-19-9

435

 

F4.1

 

FLUTRIAFOL

76674-21-0

436

 

F4.1

 

HEXACONAZOLE

79983-71-4

465

 

F4.1

 

IMAZALIL (ENILCONAZOLE)

58594-72-2

335

 

F4.1

 

METCONAZOLE

125116-23-6

706

 

F4.1

 

MYCLOBUTANIL

88671-89-0

442

 

F4.1

 

PENCONAZOLE

66246-88-6

446

 

F4.1

 

PROPICONAZOLE

60207-90-1

408

 

F4.1

 

TEBUCONAZOLE

107534-96-3

494

 

F4.1

 

TETRACONAZOLE

112281-77-3

726

 

F4.1

 

TRIADIMENOL

55219-65-3

398

 

F4.1

 

TRICYCLAZOLE

41814-78-2

547

 

F4.1

 

TRIFLUMIZOLE

99387-89-0

730

 

F4.1

 

TRITICONAZOLE

131983-72-7

652

 

F4.2

IL-FUNGUĊIDI TA' L-IMIDAZOLE

CYAZOFAMIDE

120116-88-3

653

 

F4.2

 

FENAMIDONE

161326-34-7

650

 

F4.2

 

TRIAZOXIDE

72459-58-6

729

Il-funguċidi bbażati fuq il-morfolini

F5

 

 

 

 

 

F5.1

IL-FUNGUĊIDI TAL-MORFOLIN

DIMETHOMORPH

110488-70-5

483

 

F5.1

 

DODEMORPH

1593-77-7

300

 

F5.1

 

FENPROPIMORPH

67564-91-4

427

Funguċidi oћra

F6

 

 

 

 

 

F6.1

IL-FUNGUĊIDI TAN-NITROĠENU ALIFATIKU

CYMOXANIL

57966-95-7

419

 

F6.1

 

DODINE

2439-10-3

101

 

F6.1

 

GUAZATINE

108173-90-6

361

 

F6.2

IL-FUNGUĊIDI TA' L-AMIDE

BENALAXYL

71626-11-4

416

 

F6.2

 

BOSCALID

188425-85-6

673

 

F6.2

 

FLUTOLANIL

66332-96-5

524

 

F6.2

 

MEPRONIL

55814-41-0

533

 

F6.2

 

METALAXYL

57837-19-1

365

 

F6.2

 

METALAXYL-M

70630-17-0

580

 

F6.2

 

PROCHLORAZ

67747-09-5

407

 

F6.2

 

SILTHIOFAM

175217-20-6

635

 

F6.2

 

TOLYLFLUANID

731-27-1

275

 

F6.2

 

ZOXAMIDE

156052-68-5

640

 

F6.3

IL-FUNGUĊIDI TA' L-ANILIDE

CARBOXIN

5234-68-4

273

 

F6.3

 

FENHEXAMID

126833-17-8

603

 

F6.4

IL-FUNGUĊIDI-BATTERIĊIDI ANTIBIJOTIĊI

KASUGAMYCIN

6980-18-3

703

 

F6.4

 

POLYOXINS

11113-80-7

710

 

F6.4

 

STREPTOMYCIN

57-92-1

312

 

F6.5

IL-FUNGUĊIDI AROMATIĊI

CHLOROTHALONIL

1897-45-6

288

 

F6.5

 

DICLORAN

99-30-9

150

 

F6.6

IL-FUNGUĊIDI TAD-DICARBOXIMIDE

IPRODIONE

36734-19-7

278

 

F6.6

 

PROCYMIDONE

32809-16-8

383

 

F6.7

IL-FUNGUĊIDI TAD-DINITROANILINE

FLUAZINAM

79622-59-6

521

 

F6.8

IL-FUNGUĊIDI TAD- DINITROPHENOL

DINOCAP

39300-45-3

98

 

F6.9

IL-FUNGUĊIDI TA' L-ORGANOFOSFRU

FOSETYL

15845-66-6

384

 

F6.9

 

TOLCLOFOS-METHYL

57018-04-9

479

 

F6.10

IL-FUNGUĊIDI TA' L-OXAZOLE

HYMEXAZOL

10004-44-1

528

 

F6.10

 

FAMOXADONE

131807-57-3

594

 

F6.10

 

VINCLOZOLIN

50471-44-8

280

 

F6.11

IL-FUNGUĊIDI TAL-PHENYLPYRROLE

FLUDIOXONIL

131341-86-1

522

 

F6.12

IL-FUNGUĊIDI TAL-PHTHALIMIDE

CAPTAN

133-06-2

40

 

F6.12

 

FOLPET

133-07-3

75

 

F6.13

IL-FUNGUĊIDI TAL-PIRIMIDIN

BUPIRIMATE

41483-43-6

261

 

F6.13

 

CYPRODINIL

121552-61-2

511

 

F6.13

 

FENARIMOL

60168-88-9

380

 

F6.13

 

MEPANIPYRIM

110235-47-7

611

 

F6.13

 

PYRIMETHANIL

53112-28-0

714

 

F6.14

IL-FUNGUĊIDI TAL-QUINOLINE

QUINOXYFEN

124495-18-7

566

 

F6.14

 

8-HYDROXYQUINOLINE SULFATE

134-31-6

677

 

F6.15

IL-FUNGUĊIDI TAL-QUINONE

DITHIANON

3347-22-6

153

 

F6.16

IL-FUNGUĊIDI TA' L-ISTROBILURIN

AZOXYSTROBIN

131860-33-8

571

 

F6.16

 

DIMOXYSTROBIN

149961-52-4

739

 

F6.16

 

KRESOXIM-METHYL

143390-89-0

568

 

F6.16

 

PICOXYSTROBINE

117428-22-5

628

 

F6.16

 

PYRACLOSTROBINE

175013-18-0

657

 

F6.16

 

TRIFLOXYSTROBINE

141517-21-7

617

 

F6.17

IL-FUNGUĊIDI TA' L-UREA

PENCYCURON

66063-05-6

402

 

F6.18

FUNGUĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

ACIBENZOLAR

126448-41-7

597

 

F6.18

 

AĊIDU BENŻOJKU

65-85-0

622

 

F6.18

 

DICHLOROPHEN

97-23-4

325

 

F6.18

 

FENPROPIDIN

67306-00-7

520

 

F6.18

 

2-PHENYPHENOL

90-43-7

246

 

F6.18

 

SPIROXAMINE

118134-30-8

572

 

F6.18

 

FUNGUĊIDI OĦRA

 

 

L-Erbiċidi, il-Prodotti li Jeqirdu z-Zkuk u l-Prodotti li Joqtlu l-Ħażiż

H0

 

 

 

 

L-Erbiċidi bbażati fuq il-phenoxy-phytohormones

H1

 

 

 

 

 

H1.1

L-ERBIĊIDI TAL-PHENOXY

2,4-D

94-75-7

1

 

H1.1

 

2,4-DB

94-82-6

83

 

H1.1

 

DICHLORPROP-P

15165-67-0

476

 

H1.1

 

MCPA

94-74-6

2

 

H1.1

 

MCPB

94-81-5

50

 

H1.1

 

MECOPROP

7085-19-0

51

 

H1.1

 

MECOPROP-P

16484-77-8

475

L-erbiċidi bbażati fuq it-trijażini u fuq it-trijażinoni

H2

 

 

 

 

 

H2.1

L-ERBIĊIDI TAL-METHYLTHIOTRIAZINE

METHOPROTRYNE

841-06-5

94

 

H2.2

L-ERBIĊIDI TAT-TRIAZINE

SIMETRYN

1014-70-6

179

 

H2.2

 

TERBUTHYLAZINE

5915-41-3

234

 

H2.3

L-ERBIĊIDI TAT-TRIAZINONE

METAMITRON

41394-05-2

381

 

H2.3

 

METRIBUZIN

21087-64-9

283

L-erbiċidi bbażati fuq l-amidi u fuq l-anilidi

H3

 

 

 

 

 

H3.1

L-ERBIĊIDI TA' L-AMIDE

DIMETHENAMID

87674-68-8

638

 

H3.1

 

FLUPOXAM

119126-15-7

8158

 

H3.1

 

ISOXABEN

82558-50-7

701

 

H3.1

 

NAPROPAMIDE

15299-99-7

271

 

H3.1

 

PROPYZAMIDE

23950-58-5

315

 

H3.2

L-ERBIĊIDI TA' L-ANILIDE

DIFLUFENICAN

83164-33-4

462

 

H3.2

 

FLORASULAM

145701-23-1

616

 

H3.2

 

FLUFENACET

142459-58-3

588

 

H3.2

 

METOSULAM

139528-85-1

707

 

H3.2

 

METAZACHLOR

67129-08-2

411

 

H3.2

 

PROPANIL

709-98-8

205

 

H3.3

L-ERBIĊIDI TAL- CHLOROACETANILIDE

ACETOCHLOR

34256-82-1

496

 

H3.3

 

ALACHLOR

15972-60-8

204

 

H3.3

 

DIMETHACHLOR

50563-36-5

688

 

H3.3

 

PRETILACHLOR

51218-49-6

711

 

H3.3

 

PROPACHLOR

1918-16-7

176

L-erbiċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq il-bis-karbamati

H4

 

 

 

 

 

H4.1

L-ERBIĊIDI TAL-BIS-KARBAMAT

CHLORPROPHAM

101-21-3

43

 

H4.1

 

DESMEDIPHAM

13684-56-5

477

 

H4.1

 

PHENMEDIPHAM

13684-63-4

77

 

H4.2

L-ERBIĊIDI TAL-KARBAMAT

ASULAM

3337-71-1

240

 

H4.2

 

CARBETAMIDE

16118-49-3

95

L-erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi dinitroanilini

H5

 

 

 

 

 

H5.1

L-ERBIĊIDI TAD-DINITROANILINE

BENFLURALIN

1861-40-1

285

 

H5.1

 

BUTRALIN

33629-47-9

504

 

H5.1

 

ETHALFLURALIN

55283-68-6

516

 

H5.1

 

ORYZALIN

19044-88-3

537

 

H5.1

 

PENDIMETHALIN

40487-42-1

357

 

H5.1

 

TRIFLURALIN

2582-09-8

183

L-erbiċidi bbażati fuq id-derivattivi ta' l-urea, ta' l-uraċil jew tas-sulfonilurea

H6

 

 

 

 

 

H6.1

L-ERBIĊIDI TAS-SULFONILUREA

AMIDOSULFURON

120923-37-7

515

 

H6.1

 

AZIMSULFURON

120162-55-2

584

 

H6.1

 

BENSULFURON

99283-01-9

502

 

H6.1

 

CHLORSULFURON

64902-72-3

391

 

H6.1

 

CINOSULFURON

94593-91-6

507

 

H6.1

 

ETHOXYSULFURON

126801-58-9

591

 

H6.1

 

FLAZASULFURON

104040-78-0

595

 

H6.1

 

FLUPYRSULFURON

150315-10-9

577

 

H6.1

 

FORAMSULFURON

173159-57-4

659

 

H6.1

 

IMAZOSULFURON

122548-33-8

590

 

H6.1

 

IODOSULFURON

185119-76-0

634

 

H6.1

 

MESOSULFURON

400852-66-6

663

 

H6.1

 

METSULFURON

74223-64-6

441

 

H6.1

 

NICOSULFURON

111991-09-4

709

 

H6.1

 

OXASULFURON

144651-06-9

626

 

H6.1

 

PRIMISULFURON

113036-87-6

712

 

H6.1

 

PROSULFURON

94125-34-5

579

 

H6.1

 

RIMSULFURON

122931-48-0

716

 

H6.1

 

SULFOSULFURON

141776-32-1

601

 

H6.1

 

THIFENSULFURON

79277-67-1

452

 

H6.1

 

TRIASULFURON

82097-50-5

480

 

H6.1

 

TRIBENURON

106040-48-6

546

 

H6.1

 

TRIFLUSULFURON

135990-29-3

731

 

H6.1

 

TRITOSULFURON

142469-14-5

735

 

H6.2

L-ERBIĊIDI TA' L-URAĊIL

LENACIL

2164-08-1

163

 

H6.3

L-ERBIĊIDI TA' L-UREA

CHLORTOLURON

15545-48-9

217

 

H6.3

 

DIURON

330-54-1

100

 

H6.3

 

FLUOMETURON

2164-17-2

159

 

H6.3

 

ISOPROTURON

34123-59-6

336

 

H6.3

 

LINURON

330-55-2

76

 

H6.3

 

METHABENZTHIAZURON

18691-97-9

201

 

H6.3

 

METOBROMURON

3060-89-7

168

 

H6.3

 

METOXURON

19937-59-8

219

Erbiċidi oћra

H7

 

 

 

 

 

H7.1

L-ERBIĊIDI TA' L-ARYLOXYPHENOXYPROPIONIC

CLODINAFOP

114420-56-3

683

 

H7.1

 

CYHALOFOP

122008-85-9

596

 

H7.1

 

DICLOFOP

40843-25-2

358

 

H7.1

 

FENOXAPROP-P

113158-40-0

484

 

H7.1

 

FLUAZIFOP-P-BUTYL

79241-46-6

395

 

H7.1

 

HALOXYFOP

69806-34-4

438

 

H7.1

 

HALOXYFOP-R

72619-32-0

526

 

H7.1

 

PROPAQUIZAFOP

111479-05-1

713

 

H7.1

 

QUIZALOFOP

76578-12-6

429

 

H7.1

 

QUIZALOFOP-P

94051-08-8

641

 

H7.2

L-ERBIĊIDI TAL-BENZOFURANE

ETHOFUMESATE

26225-79-6

233

 

H7.3

L-ERBIĊIDI TA' L-AĊIDU BENŻOJKU

CHLORTHAL

2136-79-0

328

 

H7.3

 

DICAMBA

1918-00-9

85

 

H7.4

L-ERBIĊIDI TAL-BIPYRIDYLIUM

DIQUAT

85-00-7

55

 

H7.4

 

PARAQUAT

4685-14-7

56

 

H7.5

L-ERBIĊIDI TAS-CYCLOHEXANEDIONE

CLETHODIM

99129-21-2

508

 

H7.5

 

CYCLOXYDIM

101205-02-1

510

 

H7.5

 

TEPRALOXYDIM

149979-41-9

608

 

H7.5

 

TRALKOXYDIM

87820-88-0

544

 

H7.6

L-ERBIĊIDI TAD-DIAZINE

PYRIDATE

55512-33-9

447

 

H7.7

L-ERBIĊIDI TAD- DICARBOXIMIDE

CINIDON-ETHYL

142891-20-1

598

 

H7.7

 

FLUMIOXAZIN

103361-09-7

578

 

H7.8

L-ERBIĊIDI TAD-DIPHENYL ETHER

ACLONIFEN

74070-46-5

498

 

H7.8

 

BIFENOX

42576-02-3

413

 

H7.8

 

NITROFEN

1836-75-5

170

 

H7.8

 

OXYFLUORFEN

42874-03-3

538

 

H7.9

L-ERBIĊIDI TA' L-IMIDAZOLINONE

IMAZAMETHABENZ

100728-84-5

529

 

H7.9

 

IMAZAMOX

114311-32-9

619

 

H7.9

 

IMAZETHAPYR

81335-77-5

700

 

H7.10

L-ERBIĊIDI INORGANIĊI

AMMONIUM SULFAMATE

7773-06-0

679

 

H7.10

 

KLORATI

7775-09-9

7

 

H7.11

L-ERBIĊIDI TA' L-ISOXAZOLE

ISOXAFLUTOLE

141112-29-0

575

 

H7.12

L-ERBIĊIDI TAL-MORPHACTIN

FLURENOL

467-69-6

304

 

H7.13

L-ERBIĊIDI TAN-NITRILE

BROMOXYNIL

1689-84-5

87

 

H7.13

 

DICHLOBENIL

1194-65-6

73

 

H7.13

 

IOXYNIL

1689-83-4

86

 

H7.14

L-ERBIĊIDI TA' L-ORGANOFOSFRU

GLUFOSINATE

51276-47-2

437

 

H7.14

 

GLYPHOSATE

1071-83-6

284

 

H7.15

L-ERBIĊIDI TAL-PHENYLPYRAZOLE

PYRAFLUFEN

129630-19-9

605

 

H7.16

L-ERBIĊIDI TAL-PYRIDAZINONE

CHLORIDAZON

1698-60-8

111

 

H7.16

 

FLURTAMONE

96525-23-4

569

 

H7.17

L-ERBIĊIDI TAL-PYRIDINECARBOXAMIDE

PICOLINAFEN

137641-05-5

639

 

H7.18

L-ERBIĊIDI TA' L-AĊIDU PYRIDINECARBOXYLIC

CLOPYRALID

1702-17-6

455

 

H7.18

 

PICLORAM

1918-02-1

174

 

H7.19

L-ERBIĊIDI TA' L-AĊIDU PYRIDYLOXYACETIC

FLUROXYPYR

69377-81-7

431

 

H7.19

 

TRICLOPYR

55335-06-3

376

 

H7.20

L-ERBIĊIDI TAL-QUINOLINE

QUINCLORAC

84087-01-4

493

 

H7.20

 

QUINMERAC

90717-03-6

563

 

H7.21

L-ERBIĊIDI TAT- THIADIAZINE

BENTAZONE

25057-89-0

366

 

H7.22

L-ERBIĊIDI TAT- THIOCARBAMATE

EPTC

759-94-4

155

 

H7.22

 

MOLINATE

2212-67-1

235

 

H7.22

 

PROSULFOCARB

52888-80-9

539

 

H7.22

 

THIOBENCARB

28249-77-6

388

 

H7.22

 

TRI-ALLATE

2303-17-5

97

 

H7.23

L-ERBIĊIDI TAT-TRIAZOLE

AMITROL

61-82-5

90

 

H7.24

L-ERBIĊIDI TAT-TRIAZOLINONE

CARFENTRAZONE

128639-02-1

587

 

H7.25

L-ERBIĊIDI TAT-TRIAZOLONE

PROPOXYCARBAZONE

145026-81-9

655

 

H7.26

L-ERBIĊIDI TAT-TRIKETON

MESOTRIONE

104206-82-8

625

 

H7.26

 

SULCOTRIONE

99105-77-8

723

 

H7.27

ERBIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

CLOMAZONE

81777-89-1

509

 

H7.27

 

FLUROCHLORIDONE

61213-25-0

430

 

H7.27

 

QUINOCLAMINE

2797-51-5

648

 

H7.27

 

METHAZOLE

20354-26-1

369

 

H7.27

 

OXADIARGYL

39807-15-3

604

 

H7.27

 

OXADIAZON

19666-30-9

213

 

H7.27

 

ERBIĊIDI, PRODOTTI LI JEQIRDU Z-ZKUK JEW PRODOTTI LI JOQTLU L-ĦAŻIŻ OĦRAJN

 

 

L-Insettiċidi u l-Akariċidi

I0

 

 

 

 

L-insettiċidi bbażati fuq il-piretrojdi

I1

 

 

 

 

 

I1.1

L-INSETTIĊIDI PIRETROJDI

ACRINATHRIN

101007-06-1

678

 

I1.1

 

ALPHA-CYPERMETHRIN

67375-30-8

454

 

I1.1

 

BETA-CYFLUTHRIN

68359-37-5

482

 

I1.1

 

BETA-CYPERMETHRIN

65731-84-2

632

 

I1.1

 

BIFENTHRIN

82657-04-3

415

 

I1.1

 

CYFLUTHRIN

68359-37-5

385

 

I1.1

 

CYPERMETHRIN

52315-07-8

332

 

I1.1

 

DELTAMETHRIN

52918-63-5

333

 

I1.1

 

ESFENVALERATE

66230-04-4

481

 

I1.1

 

ETOFENPROX

80844-07-1

471

 

I1.1

 

GAMMA-CYHALOTHRIN

76703-62-3

768

 

I1.1

 

LAMBDA-CYHALOTHRIN

91465-08-6

463

 

I1.1

 

TAU-FLUVALINATE

102851-06-9

432

 

I1.1

 

TEFLUTHRIN

79538-32-2

451

 

I1.1

 

ZETA-CYPERMETHRIN

52315-07-8

733

L-insettiċidi bbażati fuq l-idrokarboni klorinati

I2

 

 

 

 

 

I2.1

L-INSETTIĊIDI TA' L-ORGANOKLORU

DICOFOL

115-32-2

123

 

I2.1

 

TETRASUL

2227-13-6

114

L-insettiċidi bbażati fuq il-karbamati u fuq l-oxime-carbamate

I3

 

 

 

 

 

I3.1

L-INSETTIĊIDI TA' L-OXIME-CARBAMATE

METHOMYL

16752-77-5

264

 

I3.1

 

OXAMYL

23135-22-0

342

 

I3.2

L-INSETTIĊIDI TAL-KARBAMAT

BENFURACARB

82560-54-1

501

 

I3.2

 

CARBARYL

63-25-2

26

 

I3.2

 

CARBOFURAN

1563-66-2

276

 

I3.2

 

CARBOSULFAN

55285-14-8

417

 

I3.2

 

FENOXYCARB

79127-80-3

425

 

I3.2

 

FORMETANATE

22259-30-9

697

 

I3.2

 

METHIOCARB

2032-65-7

165

 

I3.2

 

PIRIMICARB

23103-98-2

231

L-insettiċidi bbażati fuq l-organofosfati

I4

 

 

 

 

 

I4.1

L-INSETTIĊIDI TA' L-ORGANOFOSFRU

AZINPHOS-METHYL

86-50-0

37

 

I4.1

 

CADUSAFOS

95465-99-9

682

 

I4.1

 

CHLORPYRIFOS

2921-88-2

221

 

I4.1

 

CHLORPYRIFOS-METHYL

5589-13-0

486

 

I4.1

 

COUMAPHOS

56-72-4

121

 

I4.1

 

DIAZINON

333-41-5

15

 

I4.1

 

DICHLORVOS

62-73-7

11

 

I4.1

 

DIMETOAT

60-51-5

59

 

I4.1

 

ETHOPROPHOS

13194-48-4

218

 

I4.1

 

FENAMIPHOS

22224-92-6

692

 

I4.1

 

FENITROTHION

122-14-5

35

 

I4.1

 

FOSTHIAZATE

98886-44-3

585

 

I4.1

 

ISOFENPHOS

25311-71-1

412

 

I4.1

 

MALATHION

121-75-5

12

 

I4.1

 

METHAMIDOPHOS

10265-92-6

355

 

I4.1

 

NALED

300-76-5

195

 

I4.1

 

OXYDEMETON-METHYL

301-12-2

171

 

I4.1

 

PHOSALONE

2310-17-0

109

 

I4.1

 

PHOSMET

732-11-6

318

 

I4.1

 

PHOXIM

14816-18-3

364

 

I4.1

 

PIRIMIPHOS-METHYL

29232-93-7

239

 

I4.1

 

TRICHLORFON

52-68-6

68

Insettiċidi bbażati fuq prodott bijoloġiku u botaniku

I5

 

 

 

 

 

I5.1

L-INSETTIĊIDI BIJOLOĠIĊI

AZADIRACHTIN

11141-17-6

627

 

I5.1

 

NIKOTINA

54-11-5

8

 

I5.1

 

PYRETHRINS

8003-34-7

32

 

I5.1

 

ROTENONE

83-79-4

671

Insettiċidi oћrajn

I6

 

 

 

 

 

I6.1

L-INSETTIĊIDI ANTIBIJOTIĊI

ABAMECTIN

71751-41-2

495

 

I6.1

 

MILBEMECTIN

51596-10-2

51596-11-3

660

 

I6.1

 

SPINOSAD

168316-95-8

636

 

I6.3

L-INSETTIĊIDI TAL-BENZOYLUREA

DIFLUBENZURON

35367-38-5

339

 

I6.3

 

FLUFENOXURON

101463-69-8

470

 

I6.3

 

HEXAFLUMURON

86479-06-3

698

 

I6.3

 

LUFENURON

103055-07-8

704

 

I6.3

 

NOVALURON

116714-46-6

672

 

I6.3

 

TEFLUBENZURON

83121-18-0

450

 

I6.3

 

TRIFLUMURON

64628-44-0

548

 

I6.4

L-INSETTIĊIDI TAL-CARBAZATE

BIFENAZATE

149877-41-8

736

 

I6.5

L-INSETTIĊIDI TAD-DIAZYLHYDRAZINE

METHOXYFENOZIDE

161050-58-4

656

 

I6.5

 

TEBUFENOZIDE

112410-23-8

724

 

I6.6

IR-REGOLATURI TAT-TKABBIR TA' L-INSETTI

BUPROFEZIN

69327-76-0

681

 

I6.6

 

CYROMAZINE

66215-27-8

420

 

I6.6

 

HEXYTHIAZOX

78587-05-0

439

 

I6.7

IL-FEROMON TA' L-INSETTI

(E,Z)-9-DODECENYL ACETATE

35148-19-7

422

 

I6.8

L-INSETTIĊIDI TAN-NITROGUANIDINE

CLOTHIANIDIN

210880-92-5

738

 

I6.8

 

THIAMETHOXAM

153719-23-4

637

 

I6.9

L-INSETTIĊIDI TA' L-ORGANOTIN

AZOCYCLOTIN

41083-11-8

404

 

I6.9

 

CYHEXATIN

13121-70-5

289

 

I6.9

 

FENBUTATIN OXIDE

13356-08-6

359

 

I6.10

L-INSETTIĊIDI TA' L-OXADIAZINE

INDOXACARB

173584-44-6

612

 

I6.11

L-INSETTIĊIDI TAL-PHENYL-ETHER

PYRIPROXYFEN

95737-68-1

715

 

I6.12

L-INSETTIĊIDI TAL-PYRAZOLE (PHENYL-)

FENPYROXIMATE

134098-61-6

695

 

I6.12

 

FIPRONIL

120068-37-3

581

 

I6.12

 

TEBUFENPYRAD

119168-77-3

725

 

I6.13

L-INSETTIĊIDI TAL-PYRIDINE

PYMETROZINE

123312-89-0

593

 

I6.14

L-INSETTIĊIDI TAL-PYRIDYLMETHYLAMINE

ACETAMIPRID

135410-20-7

649

 

I6.14

 

IMIDACLOPRID

138261-41-3

582

 

I6.14

 

THIACLOPRID

111988-49-9

631

 

I6.15

L-INSETTIĊIDI TAS-SULFITE ESTER

PROPARGITE

2312-35-8

216

 

I6.16

L-INSETTIĊIDI TAT-TETRAZINE

CLOFENTEZINE

74115-24-5

418

 

I6.17

L-INSETTIĊIDI TA' L-AĊIDU TETRONIKU

SPIRODICLOFEN

148477-71-8

737

 

I6.18

L-INSETTIĊIDI TAL-(CARBAMOYL-) TRIAZOLE

TRIAZAMATE

112143-82-5

728

 

I6.19

L-INSETTIĊIDI TA' L-UREA

DIAFENTHIURON

80060-09-9

8097

 

I6.20

INSETTIĊIDI MHUX KLASSIFIKATI

ETOXAZOLE

153233-91-1

623

 

I6.20

 

FENAZAQUIN

120928-09-8

693

 

I6.20

 

PYRIDABEN

96489-71-3

583

 

I6.20

 

INSETTIĊIDI-AKARIĊIDI OĦRAJN

 

 

Il-molluskiċidi, total:

M0

 

 

 

 

Molluskiċidi

M1

 

 

 

 

 

M1.1

IL-MOLLUSKIĊIDI TAL-KARBAMAT

THIODICARB

59669-26-0

543

 

M1.2

MOLLUSKIĊIDI OĦRAJN

FOSFAT FERRIKU

10045-86-0

629

 

M1.2

 

METALDEHYDE

108-62-3

62

 

M1.2

 

MOLLUSKIĊIDI OĦRAJN

 

 

Ir-Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti, total:

PGR0

 

 

 

 

Ir-regolaturi tat-tkabbir fiżjoloġiku tal-pjanti

PGR1

 

 

 

 

 

PGR1.1

IR-REGOLATURI TAT-TKABBIR FIŻJOLOĠIKU TAL-PJANTI

CHLORMEQUAT

999-81-5

143

 

PGR1.1

 

CYCLANILIDE

113136-77-9

586

 

PGR1.1

 

DAMINOZIDE

1596-84-5

330

 

PGR1.1

 

DIMETHIPIN

55290-64-7

689

 

PGR1.1

 

DIPHENYLAMINE

122-39-4

460

 

PGR1.1

 

ETHEPHON

16672-87-0

373

 

PGR1.1

 

ETHOXYQUIN

91-53-2

517

 

PGR1.1

 

FLORCHLORFENURON

68157-60-8

633

 

PGR1.1

 

FLURPRIMIDOL

56425-91-3

696

 

PGR1.1

 

IMAZAQUIN

81335-37-7

699

 

PGR1.1

 

MALEIC HYDRAZIDE

51542-52-0

310

 

PGR1.1

 

MEPIQUAT

24307-26-4

440

 

PGR1.1

 

1-METHYLCYCLOPROPENE

3100-04-7

767

 

PGR1.1

 

PACLOBUTRAZOL

76738-62-0

445

 

PGR1.1

 

PROHEXADIONE-CALCIUM

127277-53-6

567

 

PGR1.1

 

SODIUM 5-NITROGUAIACOLATE

67233-85-6

718

 

PGR1.1

 

SODIUM O-NITROPHENOLATE

824-39-5

720

 

PGR1.1

 

TRINEXAPAC-ETHYL

95266-40-3

8349

Il-prodotti ta' kontra n-nebbieta

PGR2

 

 

 

 

 

PGR2.2

IL-PRODOTTI TA' KONTRA N-NEBBIETA

CARVONE

99-49-0

602

 

PGR2.2

 

CHLORPROPHAM

101-21-3

43

Regolaturi oћra tat-tkabbir tal-pjanti

PGR3

 

 

 

 

 

PGR3.1

REGOLATURI OĦRA TAT-TKABBIR TAL-PJANTI

RTP OĦRAJN

 

 

Prodotti oћragћall-Pestiċidi total:

ZR0

 

 

 

 

Żjut minerali

ZR1

 

 

 

 

 

ZR1.1

IŻ-ŻEJT MINERALI

IŻ-ŻJUT MHUX RAFFINATI

64742-55-8

29

Żjut veġetali

ZR2

 

 

 

 

 

ZR2.1

IŻ-ŻEJT VEĠETALI

IŻ-ŻJUT TAL-QATRAN

 

30

L-Isterilanti tal-ћamrija (ink. in-Nematiċidi)

ZR3

 

 

 

 

 

ZR3.1

METHYL BROMIDE

METHYL BROMIDE

74-83-9

128

 

ZR3.2

STERILANTI TAL-ĦAMRIJA OĦRA

CHLOROPICRIN

76-06-2

298

 

ZR3.2

 

DAZOMET

533-74-4

146

 

ZR3.2

 

1,3-DICHLOROPROPENE

542-75-6

675

 

ZR3.2

 

METAM-SODIUM

137-42-8

20

 

ZR3.2

 

STERILANTI OĦRA TAL-ĦAMRIJA

 

 

Ir-Rodentiċidi

ZR4

 

 

 

 

 

ZR4.1

IR-RODENTIĊIDI

BRODIFACOUM

56073-10-0

370

 

ZR4.1

 

BROMADIOLONE

28772-56-7

371

 

ZR4.1

 

CHLORALOSE

15879-93-3

249

 

ZR4.1

 

CHLOROPHACINONE

3691-35-8

208

 

ZR4.1

 

COUMATETRALYL

5836-29-3

189

 

ZR4.1

 

DIFENACOUM

56073-07-5

514

 

ZR4.1

 

DIFETHIALONE

104653-34-1

549

 

ZR4.1

 

FLOCOUMAFEN

90035-08-8

453

 

ZR4.1

 

WARFARIN

81-81-2

70

 

ZR4.1

 

RODENTIĊIDI OĦRA

 

 

Il-prodotti g ћ all-pestiċidi l-oћra kollha

ZR5

 

 

 

 

 

ZR5.1

ID-DIŻINFETTANTI

DIŻINFETTANTI OĦRA

 

 

 

ZR5.2

PRODOTTI GĦALL- PESTIĊIDI

PESTIĊIDI OĦRA

 

 


(1)  Il-Kunsill Ingliż gћall-Produzzjoni tal-Ħxejjex (BCPC) jippubblika regolarment il-Manwal dwar il-Pestiċidi, kompendju dinji dwar il-pestiċidi li jiġbor fih l-ismijiet komuni ta' ћafna mill-pestiċidi kimiċi. Dawn l-ismijiet jiġu approvati jew formalment jew b'mod provviżorju mill-Organizzazzjoni Internazzjonali gћall-Istandardizzazzjoni (ISO).

(2)  Chemical Abstracts Service Registry Numbers .

(3)  Collaborative International Pesticides Analytical Council.


Top