EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0085

Ftehima tas-Sħubija KE/Ginea-Bissaw dwar is-sajd
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehima tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissaw (COM(2007)0580 - C6-0391/2007 - 2007/0209(CNS))

ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 93–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 66/93


Ftehima tas-Sħubija KE/Ginea-Bissaw dwar is-sajd *

P6_TA(2008)0085

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehima tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissaw (COM(2007)0580 — C6-0391/2007 — 2007/0209(CNS))

(2009/C 66 E/29)

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2007)0580),

wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 300(2), tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0391/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 83(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0053/2008),

1.

japprova l-proposta għal Regolament tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw.

2a.

Huwa importanti li jiġi mtejjeb it-tagħrif ipprovdut lill-Parlament Ewropew. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-kumitat konġunt imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Ftehima.

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw fil-qafas tal-protokoll kinux konformi mar-rekwiżiti dwar l-irrappurtar. Jakk ma kinux konformi, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-talbiet tagħhom għal liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara.

Artikolu 3a

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar ir-riżultati tal-programm plurijennali msemmi fl-Artikolu 8 tal-protokoll, kif ukoll dwar il-konformità ta' l-Istati Membri mar-rekwiżiti ta' rappurtar.

Artikolu 3b

Matul l-aħħar sena ta' validità tal-protokoll u qabel ma tiġi ffirmata ftehima ġdida biex il-protokoll jiġi mġedded, il-Kummissjoni għandha tippreżernta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-Ftehima u l-kundizzjonijiet li fihom din tkun ġiet implimentata.

Artikolu 3c

Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 3b, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill għandu jagħti, jekk ikun il-każ, mandat ta' negozjar lill-Kummissjoni bil-għan li jiġi adottat protokoll ġdid.

Artikolu 3d (ġdid)

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-kumitat konġunt imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Ftehima.


Top