EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0077

Klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (verżjoni kodifikata)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0755 - C6-0437/2007 - 2007/0256(COD))

ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 86–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 66/86


Klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (verżjoni kodifikata) ***I

P6_TA(2008)0077

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0755 — C6-0437/2007 — 2007/0256(COD))

(2009/C 66 E/21)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2007)0755),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0437/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 — Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali (A6-0055/2008),

1.

japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Top