EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0073

Immaniġġar ta' l-assi tal-KEFA u tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni ta' l-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2007)0435 - C6-0276/2007 - 2007/0150(CNS))

ĠU C 66E, 20.3.2009, p. 83–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 66/83


Immaniġġar ta' l-assi tal-KEFA u tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *

P6_TA(2008)0073

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni ta' l-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2007)0435 — C6-0276/2007 — 2007/0150(CNS))

(2009/C 66 E/17)

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0435),

wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0276/2007),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0062/2008),

1.

japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Top