EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FN0047

Kawża F-47/08: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' April 2008 — Buschak vs Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/52


Rikors ippreżentat fit-30 ta' April 2008 — Buschak vs Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol

(Kawża F-47/08)

(2008/C 171/104)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Willy Buschak (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Lévi u C. Ronzi, avukati)

Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li temenda d-deskrizzjoni ta' impjieg tar-rikorrent u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallsu somma bħala kumpens għal danni materjali u morali.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni mogħtija mid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol lir-rikorrent fl-4 ta' Lulju 2007, li temenda d-deskrizzjoni ta' l-impjieg tiegħu;

safejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-29 jew tat-30 ta' Jannar 2008 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jikkundanna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għall-ħlas ta' EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni;

jikkundanna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għall-ispejjeż.


Top