EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0018

Kawża T-18/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 21 ta' Mejju 2008 — Kronberger vs Il-Parlament ( Rikors għal annullament — Att li jikkonċerna l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew — Terminu sabiex jitressaq rikors — Nuqqas ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Inammissibbiltà )

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/35


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Mejju 2008 — Kronberger vs Il-Parlament

(Kawża T-18/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Att li jikkonċerna l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew - Terminu sabiex jitressaq rikors - Nuqqas ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Inammissibbiltà’)

(2008/C 171/64)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hans Kronberger (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Weh, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, N. Lorenz u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2005 li tiċħad bħala infondata l-kontestazzjoni tar-rikorrent dwar l-elezzjoni ta' Andreas Mölzer bħala deputat fil-Parlament Ewropew, ippreżentata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Hans Kronberger huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 69, 24.3.2007.


Top