EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0091

Kawża C-91/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l- 20 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Artikolu 47 UE — Politika barranija u ta' sigurtà komuni — Deċiżjoni 2004/833/PESK [PBSK] — Implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK [PBSK] — Ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' armi żgħar u ta' kalibru żgħir — Kompetenza tal-Komunità — Politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp)

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) ta' l-20 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(Kawża C-91/05) (1)

(Rikors għal annullament - Artikolu 47 UE - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Deċiżjoni 2004/833/PESK [PBSK] - Implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK [PBSK] - Ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' armi żgħar u ta' kalibru żgħir - Kompetenza tal-Komunità - Politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp)

(2008/C 171/03)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P.J. Kuijper, J. Enegren u M. Petite, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, K. Lindahl u D. Gauci, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: J.-C. Piris, R. Gosalbo Bono, S. Marquardt u E. Finnegan, aġenti)

Partiijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta' Danimarka (rappreżentanti: A. Jacobsen u C. Thorning kif ukoll L. Lander Madsen, aġenti), Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent), Ir-Repubblika Franċiża, (rappreżentanti: G. de Bergues kif ukoll E. Belliard u C. Jurgensen, aġenti), Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: M. de Grave kif ukoll C. Wissels u H. G. Sevenster, aġenti), Ir-Renju ta' l-Iżvejza (rappreżentant: A. Falk, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: R. Caudwell et E. Jenkinson, aġenti, u A. Dashwood, barrister)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/833/PESK [PBSK], tat-2 ta' Diċembru 2004, li timplementa l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK [PBSK] bil-ħsieb ta' kontribut ta' l-Unjoni Ewropea għall-ECOWAS fil-qafas tal-Moratorju fuq l-armamenti ħfief [armi żgħar] u ta' kalibru żgħir (ĠU L 359, p. 65) kif ukoll il-konstatazzjoni ta' l-illegalità ta' l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/589/PESK [PBSK], tat-12 ta' Lulju 2002, dwar il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Europea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid [destabilizzanti] ta' armi żgħar [u ta' kalibru żgħir] u r-revokazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 1999/34/PESK [PBSK] (ĠU L 191, p. 1)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/833/PESK [PBSK], tat-2 ta' Diċembru 2004, li timplementa l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK [PBSK] bil-ħsieb ta' kontribut ta' l-Unjoni Ewropea għall-ECOWAS fil-qafas tal-Moratorju fuq l-armamenti ħfief [armi żgħar] u ta' kalibru żgħir hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Renju ta' l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


Top