Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0661

    Kawża T-661/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Claro vs EUIPO – Claranet Europe (Claro)

    ĠU C 7, 9.1.2023, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/37


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Claro vs EUIPO – Claranet Europe (Claro)

    (Kawża T-661/22)

    (2023/C 7/45)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Claro SA (São Paulo, il-Brażil) (rappreżentant: J. Ferreira Sardinha, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Claranet Europe (St Helier, Jersey)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-aħmar u bl-abjad Claro – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 172 934

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1674/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top