This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1175
Commission Regulation (EU) 2021/1175 of 16 July 2021 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of polyols in certain energy-reduced confectionery products (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1175 tas-16 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-polijoli f’ċerti prodotti tal-ħelu b’enerġija mnaqqsa (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1175 tas-16 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-polijoli f’ċerti prodotti tal-ħelu b’enerġija mnaqqsa (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/5213
ĠU L 256, 19.7.2021, p. 53–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1333 | Żieda | anness II parti E Test | 08/08/2021 |
19.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/53 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1175
tas-16 ta’ Lulju 2021
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-polijoli f’ċerti prodotti tal-ħelu b’enerġija mnaqqsa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(3) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2018 ġiet imressqa applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-polijoli bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa f’ħelu iebes (ħelu u lollies), f’ħelu artab (ħelu li togħmodu, gums tal-frott u prodotti taz-zokkor tar-ragħwa/marshmallows), f’għud is-sus, f’qubbajt u f’marżipan; f’mustardini b’togħma qawwija li jiffriskaw il-griżmejn u f’ħelu żgħir li jiffriska n-nifs li huma b’enerġija mnaqqsa. Sussegwentement, din l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(4) |
Il-polijoli huma sustanzi li jagħtu l-ħlewwa b’ammont baxx ta’ kaloriji u jistgħu jintużaw biex jissostitwixxu parzjalment jew kompletament iz-zokkor kaloriku f’ċerti prodotti tal-ħelu. Dan iwassal għal tnaqqis fil-kontenut kaloriku tagħhom u fl-offerta ta’ prodotti b’enerġija mnaqqsa lill-konsumaturi f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. L-użu kombinat ta’ polijoli u ta’ zokkor f’ħelu b’enerġija mnaqqsa jipprovdi ħlewwa lill-prodotti u l-funzjonalitajiet u l-proprjetajiet organolettiċi mixtieqa li ma jistgħux jinkisbu b’ingredjenti oħrajn jew bl-użu tal-polijoli biss. |
(5) |
Użu limitat ta’ polijoli bħala sustanzi li jagħtu l-ħlewwa jitqies aċċettabbli fl-ikel diment li tiġi kkunsidrata l-azzjoni lassattiva tagħhom (3). Ġeneralment, ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 ma jippermettix l-użu tal-polijoli fix-xorb minħabba l-potenzjal lassattiv tagħhom. Madankollu, meta jintużaw fl-ikel solidu, bħall-prodotti tal-ħelu kkonċernati mill-applikazzjoni, x’aktarx il-polijoli ma jikkawżaw l-ebda sintomu lassattiv mhux mixtieq meta jiġu kkonsmati inqas minn 20 g ta’ polijoli kuljum mis-sorsi kollha (4). Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 diġà jippermetti l-użu tagħhom fi quantum satis fil-kategorija tal-ikel 05.2 “Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs”, għas-sosituzzjoni totali taz-zokkor fi prodotti mingħajr zokkor miżjud, fost skopijiet oħrajn. L-estensjoni proposta tal-użu tikkonċerna biss is-sostituzzjoni parzjali taz-zokkor fl-istess tipi ta’ prodotti, u għalhekk, il-polijoli jintużaw f’livell mhux assoċjat ma’ sintomi lassattivi mhux mixtieqa. |
(6) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta t-tali aġġornament mhuwiex mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. L-awtorizzazzjoni tal-użu tal-polijoli bħala sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fi ħlewwiet b’enerġija mnaqqsa, flimkien mal-użu diġà awtorizzat tagħhom fil-ħelu mingħajr zokkor miżjud, tikkostitwixxi aġġornament ta’ din il-lista li mhuwiex mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, m’hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jirċievu informazzjoni adegwata, it-tikkettar tal-ikel li fih aktar minn 10 % ta’ polijoli miżjuda awtorizzati skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jrid jinkludi d-dikjarazzjoni obbligatorja “konsum eċċessiv jista’ jipproduċi effetti lassattivi” f’konformità mal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(7) |
B’riżultat ta’ dan, jixraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-polijoli bħala sustanzi li jagħtu l-ħlewwa f’ċerti prodotti b’enerġija mnaqqsa msemmija fl-ewwel sentenza tal-premessa (3) fis-subkategorija tal-ikel 05.2 “Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs” fi quantum satis. |
(8) |
Jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Report of the scientific Committee for Food (SCF) concerning sweeteners (SCF, 1984), Opinion of the Scientific Committee on Food on Erythritol (opinjoni tal-5 ta’ Marzu 2003).
(4) Report of the scientific Committee for Food (SCF) concerning sweeteners (Opinjoni espressa fil-11 ta’ Diċembru 1987 u fl-10 ta’ Novembru 1988)
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 05.2 “Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs”, l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-Grupp IV “Polijoli” awtorizzati bir-restrizzjoni “biss għall-frott kristallizzat, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud”:
|
“Grupp IV |
Polijoli |
quantum satis |
|
ħelu iebes u lollies, ħelu li tomogħdu, gums tal-frott, u prodotti taz-zokkor tar-ragħwa/marshmallows, għud is-sus, qubbajt, marżipan, ħelu żgħir li jiffriska n-nifs u mustardini b’togħma qawwija li jiffriskaw il-griżmejn, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss” |