Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0392

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2013 tad- 29 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 rigward is-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika

ĠU L 118, 30.4.2013, p. 5–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1165

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/392/oj

30.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 392/2013

tad-29 ta’ April 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 rigward is-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(c) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-operaturi li jipproduċu, iħejju, jaħżnu, jqiegħdu fis-suq, jimpurtaw jew jesportaw prodotti bi proċess ta’ produzzjoni f’konformità mar-regoli ta’ produzzjoni stipulati f’dak ir-Regolament għandhom jissottomettu l-impriża tagħhom għas-sistema ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dik is-sistema ta’ kontroll huma stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (2)

(2)

Taħt dik is-sistema ta’ kontroll l-operaturi jridu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-impriża tagħhom; jinkludu informazzjoni dwar il-korp ta’ kontroll relevanti, u jiffirmaw dikjarazzjoni li qegħdin joperaw skont ir-regoli organiċi, inkluż l-aċċettazzjoni ta’ infurzar ta’ miżuri f’każ ta’ ksur u irregolaritajiet.

(3)

L-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jipprovdi għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar każijiet ta’ irregolaritajiet jew ksur li jaffettwaw l-istatus organiku ta’ prodott. Biex isaħħu l-effiċjenza, l-operaturi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll tagħhom dwar każijiet ta’ irregolaritajiet jew ksur li jaffettwa l-istatus organiku tal-prodott tagħhom inkluż prodotti organiċi li jirċievu mingħand operaturi oħra.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll u fl-interess tas-settur organiku, huwa xieraq li jiġi stabbilit għadd minimu ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew mill-korpi ta’ kontroll kull sena abbażi tal-valutazzjoni ġenerali tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-produzzjoni organika. Fejn l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll ikollhom suspetti li qed jintużaw prodotti mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika, għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni tal-prodotti kkonċernati. F’tali każijiet ma għandu japplika l-ebda għadd minimu ta’ kampjuni. Il-kampjuni jistgħu jittieħdu wkoll u jiġu analizzati mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew mill-korpi ta’ kontroll fi kwalunkwe każ ieħor għas-sejbien tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti organiċi tal-Unjoni.

(5)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll u fl-interess tas-settur organiku, huwa xieraq li jkun hemm provvediment għat-trasmissjoni tal-informazzjoni relevanti f’każijiet fejn l-operatur jew is-subkuntratturi ta’ dak l-operatur jiġu ċċekkjati minn awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ta’ kontroll differenti jew fejn l-operaturi jew is-subkuntratturi tagħhom jibdlu l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll tagħhom. L-iskambju adegwat ta’ informazzjoni u t-trasmissjoni tal-fajls ta’ kontroll ta’ dawk l-operaturi għandu jkun possibbli għall-ġestjoni tas-sistema ta’ kontroll, filwaqt li jiġu osservati r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta personali kif stipulat fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3) L-operaturi għandhom jaċċettaw it-trasmissjoni u l-iskambju tad-dejta tagħhom u l-informazzjoni kollha relatata mal-attivitajiet tagħhom taħt is-sistema ta’ kontroll.

(6)

Sabiex tiġi żguarata l-applikazzjoni uniformi tas-sistema ta’ kontroll u biex jiġu evitati l-ambigwitajiet, għandha tiġi inkluża definizzjoni tat-terminu “fajl ta’ kontroll” fir-Regolament (KE) Nru 889/2008.

(7)

Iċ-ċertifikazzjoni elettronika hija msemmija fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-għamla tal-evidenza dokumentata. Huwa xieraq li jiġi kkjarifikat li fil-każ taċ-ċertifikazzjoni elettronika, il-firma tal-evidenza dokumentata mhix meħtieġa jekk minflok tintwera l-awtentiċità tal-evidenza dokumentata permezz ta’ metodu elettroniku mhux falsifikabbli.

(8)

L-esperjenza turi li tinħtieġ kjarifika fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri f’każijiet fejn Stat Membru jsib irregolaritajiet jew ksur fir-rigward tal-konformità tal-prodotti impurtati skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (4)

(9)

Barra minn hekk, huwa xieraq li tiġi kkjarifikata l-proċedura fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri f’każijiet ta’ irregolaritajiet jew ksur, filwaqt li titqies l-aħjar prassi stabbilita sa mill-2009.

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (5), huwa importanti li jiġi ċċarat li l-Istat Membru għandu jiżgura li l-aġenzija tal-pagamenti tirċievi biżżejjed informazzjoni dwar il-kontrolli mwettqa fejn il-kontrolli ma jitwettqux mill-aġenzija tal-pagamenti.

(11)

Skont l-Artikolu 44(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), fir-rapport annwali tagħhom, l-Istati Membri huma meħtieġa jindikaw kwalunkwe emenda għall-pjan ta’ kontroll nazzjonali multiannwali tagħhom biex iqisu, inter alia, leġiżlazzjoni ġdida. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dejta u l-informazzjoni meħtieġa dwar is-superviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tal-produzzjoni organika. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jemendaw il-pjan ta’ kontroll nazzjonali tagħhom sabiex ikopru dik is-superviżjoni u biex jindikaw dawk l-emendi u d-dejta organika relevanti fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. L-Istati Membri għandhom jitħallew jippreżentaw dik id-dejta organika bħala kapitlu separat fil-pjan ta’ kontroll nazzjonali u fir-rapport annwali.

(12)

Minbarra l-obbligi relatati mal-kontrolli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, it-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u r-Regolament (KE) Nru 889/2008 jistipulaw dispożizzjonijiet aktar speċifiċi fir-rigward tal-kontrolli fis-settur organiku. F’każ li l-awtorità kompetenti tiddelega l-kompiti ta’ kontroll lil korpi ta’ kontroll li huma entitajiet privati, ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistipula aktar rekwiżiti u obbligi dettaljati li kull korp ta’ kontroll irid jissodisfa.

(13)

L-esperjenza turi li jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontrolli tal-produzzjoni organika jkunu aktar dettaljati, partikolarment sabiex isaħħu s-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti fuq il-korpi ta’ kontroll li jkunu ġew iddelegati kompiti ta’ kontroll. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu inklużi fis-sistema ta’ kontroll tal-Istati Membri mwaqqfa skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 bħala rekwiżiti minimi uniformi.

(14)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom proċeduri dokumentati biex jiddelegaw il-kompiti lill-korpi ta’ kontroll u jissorveljawhom sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti regolatorji huma rrispettati.

(15)

Għandu jkun hemm titjib fl-iskambju tal-informazzjoni fir-rigward tas-superviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, fost l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u r-rekwiżiti minimi uniformi għandhom jiġu adottati.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(17)

Għall-effiċjenza tal-arranġamenti ta’ kontroll, l-elementi addizzjonali, kif miżjuda minn dan ir-Regolament, u li għandhom jiġu koperti mill-impriża inkluża fid-dikjarazzjoni li għandha tiġi ffirmata mill-operatur imsemmi fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi li ffirmaw dik id-dikjarazzjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(18)

Sabiex jiżgura t-tranżizzjoni mingħajr xkiel mis-sistema ta’ kontroll attwali għas-sistema emendata, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

(19)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 889/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt (i) li ġej/ġejjin:

“(s)

‘fajl ta’ kontroll’ tfisser l-informazzjoni u d-dokumenti kollha trasmessi, għall-finijiet tas-sistema ta’ kontroll, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew lill-awtoritajiet u lill-korpi ta’ kontroll minn operatur soġġett għal sistema ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, inkluż l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relevanti relatati ma’ dak l-operatur jew l-attivitajiet ta’ dak l-operatur miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti, mill-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll, bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni jew dokumenti li ma jaffettwawx it-tħaddim tas-sistema ta’ kontroll.”

(2)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2), jiżdiedu l-punti (d) sa (h) li ġejjin:

“(d)

li jaċċetta, f’każijiet fejn l-operatur u/jew is-subkuntratturi ta’ dak l-operatur huma ikkontrollati minn awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ta’ kontroll differenti skont is-sistema ta’ kontroll imwaqqfa mill-Istat Membru kkonċernat, l-iskambju tal-informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet jew korpi;

(e)

li jaċċetta, f’każijiet fejn l-operatur u/jew is-subkuntratturi ta’ dak l-operatur jibdlu l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll tagħhom, it-trasmissjoni tal-fajls ta’ kontroll tagħhom lill-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll sussegwenti;

(f)

li jaċċetta, f’każijiet fejn l-operatur jirtira mis-sistema ta’ kontroll, li jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll relevanti;

(g)

li jaċċetta, f’każijiet fejn l-operatur jirtira mis-sistema ta’ kontroll, li l-fajl ta’ kontroll jinżamm għal perjodu ta’ għall-anqas ħames snin;

(h)

li jaċċetta li jinforma lill-awtorità jew lill-awtoritajiet jew lill-korp jew lill-korpi relevanti ta’ kontroll mingħajr dewmien rigward kwalunkwe irregolarità jew ksur li jaffettwa l-istatus organiku tal-prodott jew prodotti organiku/ċi tiegħu li jkun irċieva mingħand operaturi jew subkuntratturi oħrajn.”

(3)

Fl-Artikolu 65, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni biex isibu prodotti mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika, biex jiċċekkjaw it-tekniki ta’ produzzjoni mhux konformi mar-regoli ta’ produzzjoni organika jew biex isibu kontaminazzjoni possibbli minn prodotti mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika. L-għadd ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mill-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll kull sena għandu jikkorrispondi ma’ għall-anqas 5 % tal-għadd ta’ operaturi taħt il-kontroll tagħhom. L-għażla tal-operaturi mingħand min għandhom jittieħdu l-kampjuni għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ġenerali tar-riskju tan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-produzzjoni organika. Din il-valutazzjoni ġenerali għandha tqis l-istadji kollha tal-produzzjoni, it-tħejjija, u d-distribuzzjoni.

L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandha/u tieħu/jieħu u tanalizza/janalizza kampjuni f’kull każ fejn ikun hemm suspett li qed isir użu minn prodotti jew tekniki mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika. F’tali każijiet ma għandu japplika l-ebda għadd minimu ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati.

Il-kampjuni jistgħu jittieħdu u jiġu analizzati wkoll mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll fi kwalunkwe każ ieħor għas-sejbien ta’ prodotti mhux awtorizzati għall-produzzjoni organika, għall-verifika ta’ tekniki tal-produzzjoni li mhumiex konformi mar-regoli tal-produzzjoni organika jew għall-verifika ta’ kontaminazzjoni possibbli minn prodotti li mhumiex awtorizzati għall-produzzjoni organika.”

(4)

Fl-Artikolu 68(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ taċ-ċertifikazzjoni elettronika kif imsemmi fl-Artikolu 29(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, il-firma fil-kaxxa 8 tal-evidenza dokumentata ma għandhiex tkun meħtieġa jekk l-awtentiċità tal-evidenza dokumentata minflok tintwera permezz ta’ metodu elettroniku mhux falsifikabbli.”

(5)

L-Artikoli 92 u 92a huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 92

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ kontroll, il-korpi ta’ kontroll u l-awtoritajiet kompetenti

1.   Meta l-operatur u/jew is-subkuntratturi ta’ dak l-operatur huma kkontrollati minn awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ta’ kontroll differenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll għandhom jiskambjaw l-informazzjoni relevanti dwar l-operazzjonijiet taħt il-kontroll tagħhom.

2.   Meta operaturi u/jew is-subkuntratturi tagħhom jibdlu l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll tagħhom, il-bidla għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ta’ kontroll ikkonċernati.

L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll preċedenti għandhom jgħaddu l-elementi rilevanti tal-fajl ta’ kontroll tal-operatur ikkonċernat u r-rapporti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(2) lill-awtorità ta’ kontroll jew lill-korp ta’ kontroll sussegwenti.

L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll il-ġdid għandhom jiżguraw li n-nuqqas ta’ konformità nnutat fir-rapport tal-awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll preċedenti ġie indirizzat jew se jiġi indirizzat mill-operatur.

3.   Meta l-operatur jirtira mis-sistema ta’ kontroll, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll ta’ dak l-operatur għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

4.   Meta awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll isib irregolaritajiet jew ksur li jaffettwa l-istat organiku tal-prodotti, għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Dik l-awtorità kompetenti tista’ anke titlob, fuq inizjattiva tagħha stess, kwalunkwe informazzjoi oħra dwar l-irregolaritajiet jew il-ksur.

F’każ ta’ irregolaritajiet jew ksur li jinsabu fir-rigward ta’ prodotti taħt il-kontroll ta’ awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ta’ kontroll oħra, għandu jinforma wkoll lil dawk l-awtoritajiet jew korpi mingħajr dewmien.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u jistabbilixxu proċeduri dokumentati biex jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ kontroll kollha li huma nnominaw u/jew il-korpi ta’ kontroll kollha li huma approvaw skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, inkluż proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni għall-verifika ta’ evidenza dokumentata msemmija fl-Artikolu 29(1) ta’ dak ir-Regolament.

6.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u jistabbilixxu proċeduri dokumentati sabiex jiżguraw li l-informazzjoi dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet u ż-żjariet kif imsemmi fl-Artikolu 65 ta’ dan ir-Regolament tiġi kkomunikata lill-aġenzija tal-pagamenti skont il-ħtiġijiet ta’ dik l-aġenzija tal-pagamenti kif previst fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 (*).

Artikolu 92a

Skambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri differenti u l-Kummissjoni

1.   Meta Stat Membru jsib irregolaritajiet jew ksur rigward l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ prodott li ġej minn Stat Membru ieħor u li jkollu indikazzjonijiet kif imsemmi fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u t-Titolu III u/jew l-Anness XI ta’ dan ir-Regolament, għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-Istat Membru li jkun innomina l-awtorità ta’ kontroll jew approva l-korp ta’ kontroll, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta Stat Membru jsib irregolaritajiet jew ksur fir-rigward tal-konformità tal-prodotti impurtati skont l-Artikolu 33(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 mar-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1) ta’ dan ir-Regolament.

3.   Meta Stat Membru jsib irregolaritajiet jew ksur fir-rigward tal-konformità tal-prodotti impurtati skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 mar-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 834/2007, għandu jinnotifika lill-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lil-Kummissjoni mingħajr dewmien permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1) ta’ dan ir-Regolament. In-notifika għandha tintbagħat lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni f’każ li tinstab irregolarità jew ksur fir-rigward ta’ prodotti li għalihom l-Istat Membru ħareġ l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

4.   L-Istat Membru li jirċievi notifika fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex konformi skont il-paragrafi 1 jew 3 jew l-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għal prodott li għalih instabet irregolarità jew ksur, għandu jinvestiga l-oriġini tal-irregolaritajiet jew il-ksur. Għandu jieħu azzjoni xierqa immedjatament.

Għandu jinforma lill-Istat Membru li bagħat in-notifika, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-riżultat tal-investigazzjoni u bl-azzjoni li ttieħdet billi jwieġeb għan-notifika oriġinali permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1). It-tweġiba għanda tintbagħat fi żmien 30 jum kalendarju mid-data oriġinali tan-notifika.

5.   L-Istat Membru li bagħat in-notifika oriġinali jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali, jekk meħtieġ, mingħand l-Istat Membru li jkun irrisponda. Fi kwalunkwe każ, wara li jirċievi tweġiba jew informazzjoni addizzjonali mingħand Stat Membru nnotifikat, l-Istat Membru li bagħat in-notifika oriġinali għandu jagħmel l-entrati u l-aġġornamenti meħtieġa fis-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1).

Artikolu 92b

Pubblikazzjoni tal-informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, b’mod xieraq inkluż il-pubblikazzjoni fuq l-Internet, il-listi aġġornati msemmija fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 li fih evidenza dokumentata aġġornata relatata ma’ kull operatur, kif ipprovdut fl-Artikolu 29(1) ta’ dak ir-Regolament u billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness XII ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom josservaw kif suppost ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta personali kif stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

(*)  ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8."

(**)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.”"

(6)

Fit-Titolu IV, jiżdied il-Kapitolu 9 li ġej:

KAPITOLU 9

Sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti

Artikolu 92c

Attivitajiet ta’ sorveljanza relatati mal-korpi ta’ kontroll

1.   L-attivitajiet ta’ sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw il-kompiti ta’ kontroll lill-korpi ta’ kontroll skont l-Artikolu 27(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandhom jenfasizzaw fuq l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali ta’ dawk il-korpi ta’ kontroll, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-ħidma tal-korp ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***).

Dawk l-attivitajiet ta’ sorveljanza għandhom jinkludu valutazzjoni tal-proċeduri interni tal-korpi ta’ kontroll għall-kontroll, il-ġestjoni u l-eżaminazzjoni tal-fajls ta’ kontroll fid-dawl tal-obbligi stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u l-verifika tat-trattament tan-nuqqas ta’ konformità u t-trattament tal-appelli u l-ilmenti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-korpi ta’ kontroll biex jissottomettu dokumentazzjoni dwar il-proċedura tal-analiżi tar-riskju tagħhom.

Il-proċedura tal-analiżi tar-riskju għandha tkun imfassla b’tali mod li:

(a)

ir-riżultat tal-analiżi tar-riskju jipprovdi l-bażi biex tiġi ddeterminata l-intensità tal-ispezzjonijiet u żjariet annwali mhux imħabbra u dawk imħabbra;

(b)

jitwettqu żjariet ta’ kontroll każwali addizzjonali skont l-Artikolu 65(4) ta’ għall-anqas 10 % tal-operaturi taħt kuntratt skont il-kategorija tar-riskju;

(c)

għall-anqas 10 % tal-ispezzjonijiet u ż-żjariet kollha li twettqu skont l-Artikoli 65(1) u (4) ma tħabbrux;

(d)

l-għażla ta’ operaturi li għandhom jiġu sottomessi għal spezzjonijiet u żjariet mhux imħabbra hija ddeterminata abbażi tal-analiżi tar-riskju u li dawn jiġu ppjanati skont il-livell tar-riskju.

3.   L-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw kompiti ta’ kontroll lill-korpi ta’ kontroll għandhom jivverifikaw li l-persunal tal-korpi ta’ kontroll għandu għarfien suffiċjenti, inkluż għarfien tal-elementi ta’ riskju li jaffettwaw l-istat organiku tal-prodott, il-kwalifiki, it-taħriġ u l-esperjenza fir-rigward tal-produzzjoni organika inġenerali u mar-regoli relevanti tal-Unjoni b’mod partikolari u li r-regoli xierqa dwar ir-rotazzjoni tal-ispetturi qegħdin fis-seħħ.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom proċeduri dokumentati għad-delegazzjoni tal-kompiti lill-korpi ta’ kontroll skont l-Artikolu 27(5) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u għas-sorveljanza skont dan l-Artikolu, li jagħtu dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-korpi ta’ kontroll.

Artikolu 92d

Katalgu ta’ miżuri f’każ ta’ irregolaritajiet jew ksur

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw u jikkomunikaw lill-korpi ta’ kontroll li ġew iddelegati kompiti ta’ kontroll, katalgu li għall-anqas jelenka l-aktar ksur u irregolaritajiet li jaffettwaw l-istat organiku tal-prodotti u l-miżuri korrispondenti li għandhom jiġu applikati mill-korpi ta’ kontroll f’każ ta’ ksur jew irregolaritajiet mill-operaturi taħt il-kontroll tagħhom li huma involuti fil-produzzjoni organika.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu informazzjoni rilevanti oħra fil-katalgu fuq l-inizjattiva tagħhom

Artikolu 92e

Spezzjoni annwali tal-korpi ta’ kontroll

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorganizzaw spezzjoni annwali tal-korpi ta’ kontroll li ġew delegati kompiti ta’ kontroll skont l-Artikolu 27(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Għall-għanijiet tal-ispezzjoni annwali, l-awtorità kompetenti għandha tqis ir-riżultati tal-ħidma tal-korp nazzjonali ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Matul l-ispezzjoni annwali, l-awtorità kompetenti għandha, b’mod partikolari, tivverifika:

(a)

il-konformità mal-proċedura ta’ kontroll standard tal-korp ta’ kontroll kif sottomessa mill-korp ta’ kontroll lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 27(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(b)

li l-korp ta’ kontroll għandu għadd suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat u b’esperjenza adattat skont l-Artikolu 27(5)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u li t-taħriġ rigward ir-riskji li jaffettwaw l-istatus organiku tal-prodotti ġie implimentat;

(c)

li l-korp ta’ kontroll għandu proċeduri u mudelli dokumentati u jsegwihom:

(i)

għall–analiżi tar-riskju annwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(ii)

għat-tħejjija ta’ strateġija għat-teħid tal-kampjuni, it-twettiq tat-teħid tal-kampjun u l-analiżi fil-laboratorju;

(iii)

għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ korpi ta’ kontroll oħra u mal-awtorità kompetenti;

(iv)

għall-kontrolli inizjali u ta’ segwitu tal-operaturi taħt il-kontroll tagħhom;

(v)

għall-applikazzjoni u s-segwitu tal-katalgu tal-miżuri li għandu jiġi applikat f’każ ta’ ksur jew irregolaritjiet;

(vi)

għall-osservazzjoni tar-rekwiżiti tal-ħarsien tad-dejta personali għall-operaturi taħt il-kontroll tiegħu kif stipulat mill-Istati Membri fejn dik l-awtorità kompetenti topera u skont id-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 92f

Dejta organika fil-pjan ta’ kontroll nazzjonali multiannwali u r-rapport annwali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ kontroll multiannwali msemmija fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jkopru s-sorveljanza tal-kontrolli mwettqa fuq il-produzzjoni organika skont dan ir-Regolament u jinkludu d-dejta speċifika dwar dik is-sorveljanza, minn issa ‘l quddiem tissejjaħ “id-dejta organika”, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Id-dejta organika għandha tkopri s-suġġetti elenkati fl-Anness XIIIb ta’ dan ir-Regolament.

Id-dejta organika għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni dwar il-kontrolli mwettqa mill-korpi ta’ kontroll u/jew l-awtoritajiet ta’ kontroll dwar l-awditi mwettqa mill-awtorità kompetenti.

Id-dejta għandha tiġi ppreżentata skont il-mudelli pprovduti fl-Anness XIIIc ta’ dan ir-Regolament mill-2015 għas-sena 2014.

L-Istati Membri jistgħu idaħħlu d-dejta organika bħala kapitlu organiku tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali tagħhom u r-rapport annwali tagħhom.

(***)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.”"

(7)

Jiddaħħlu l-Annessi XIIIb u XIIIc, li t-test tagħhom jinsab fl-Anness ta’ dan r-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjoni tranżitorja

Il-punti (d) sa (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 kif miżjuda mill-punt (2) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi li ffirmaw id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 qabel id-data tad-dħul tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.

(5)  ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8.

(6)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

ANNESS XIIIb

Suġġetti li għandhom jiġu koperti mill-awtorità nazzjonali kompetenti fid-dejta organika msemmija fl-Artikolu 92f

1.   Informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti għall-produzzjoni organika

liema korp huwa l-awtorità kompetenti

riżorsi disponibbli għall-awtorità kompetenti

deskrizzjoni tal-awditi mwettqa mill-awtorità kompetenti (kif, minn min)

proċedura dokumentata tal-awtorità kompetenti

2.   Deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika

sistema tal-korpi ta’ kontroll u/jew tal-awtoritajiet ta’ kontroll

operaturi rreġistrati koperti mis-sistema ta’ kontroll – spezzjoni annwali minima

kif inhu applikat l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju

3.   Informazzjoni dwar il-korpi/l-awtoritajiet ta’ kontroll

lista tal-korpi/tal-awtoritajiet ta’ kontroll

kompiti delegati lill-korpi ta’ kontroll/konferiti lill-awtoritajiet ta’ kontroll

sorveljanza tal-korpi ta’ kontroll delegati (minn min u kif)

koordinazzjoni tal-attivitajiet f’każ ta’ aktar minn korp/awtorità ta’ kontroll wieħed/waħda

taħriġ tal-persunal li jwettaq il-kontrolli

spezzjonijiet u żjariet imħabbra/mhux imħabbra.

ANNESS XIIIc

Mudelli għad-dejta organika msemmija fl-Artikolu 92f

Rapport dwar il-kontrolli uffiċjali fis-settur organiku

Pajjiż:

Sena:

1)   Informazzjoni dwar il-kontrolli ta’ operaturi:

Numru tal-kodiċi tal-korp ta’ kontroll jew tal-awtorità ta’ kontroll

Għadd ta’ operaturi rreġistrati għal kull korp ta’ kontroll jew awtorità ta’ kontroll

Għadd ta’ operaturi rreġistrati

Għadd ta’ spezzjonijiet annwali

Għadd ta’ żjariet addizzjonali bbażati fuq ir-riskju

Għadd totali ta’ spezzjonijiet/żjariet

Produtturi agrikoli (*)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (**)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (***)

Produtturi Agrikoli (*)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (**)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (***)

Produtturi Agrikoli (*)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (**)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (***)

Produtturi Agrikoli (*)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (**)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (***)

MS-BIO-01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-02

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-…

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Numru tal-kodiċi tal-korp ta’ kontroll jew tal-awtorità ta’ kontroll jew l-Isem tal-Awtorità Kompetenti

Għadd ta’ operaturi rreġistrati

Għadd ta’ kampjuni analizzati

Għadd ta’ kampjuni li taw indikazzjoni ta’ ksur tar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 1235/2008

Produtturi Agrikoli (****)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (*****)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (******)

Produtturi Agrikoli (****)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (*****)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (******)

Produtturi Agrikoli (****)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (*****)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (******)

MS-BIO-01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-02

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-…

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Numru tal-kodiċi tal-korp ta’ kontroll jew tal-awtorità ta’ kontroll

Għadd ta’ operaturi rreġistrati

Għadd ta’ irregolaritajiet jew ksur li nstabu (1)

Għadd ta’ miżuri applikati fuq il-lott jew il-proċess tal-produzzjoni (2)

Għadd ta’ miżuri applikati fuq l-operatur (3)

Produtturi Agrikoli (*******)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (*********)

Produtturi Agrikoli (*******)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (*********)

Produtturi Agrikoli (*******)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (*********)

Produtturi Agrikoli (*******)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (*********)

MS-BIO-01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-02

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-…

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2)   Informazzjoni dwar is-sorveljanza u l-awditi:

Numru tal-kodiċi ta’ korp ta’ kontroll jew ta’ awtorità ta’ kontroll

Għadd ta’ operaturi rreġistrati għal kull korp ta’ kontroll jew awtorità ta’ kontroll

Għadd ta’ operaturi rreġistrati

Reviżjoni tad-dokument u awditu tal-uffiċċju (4)

(Għadd ta’ fajls tal-operaturi kkontrollati)

Għadd ta’ awditi ta’ reviżjoni (5)

Għadd ta’ awditi b’xiehda (6)

Produtturi Agrikoli (**********)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (***********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (************)

Produtturi Agrikoli (**********)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (***********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (************)

Produtturi Agrikoli (**********)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (***********)

Importaturi

Esportaturi

Operaturi oħrajn (************)

Produtturi Agrikoli (**********)

Unitajiet tal-produzzjoni ta’ annimali tal-akkwakultura

Proċessuri (***********)

Importaturi

Esportaturi

Other operators (************)

MS-BIO-01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-02

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MS-BIO-…

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3)   Konklużjonijiet dwar is-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika:

Numru tal-kodiċi tal-korp ta’ kontroll jew tal-awtorità ta’ kontroll

Irtirar tal-approvazzjoni

Azzjonijiet meħuda biex jiżguraw it-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika (infurzar)

Iva/le

Minn

(data)

Sa

(data)

MS-BIO-01

 

 

 

 

MS-BIO-02

 

 

 

 

MS-BIO-…

 

 

 

 

Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni inġenerali tas-sistema ta’ kontroll għall-produzzjoni organika


(*)  Produtturi agrikoli jinkludu produtturi agrikoli biss, produtturi li huma wkoll proċessuri, produtturi li huma wkoll importaturi, produtturi mħallta oħra mhux klassifikati x’imkien ieħor (n.e.c.)

(**)  Proċessuri jinkludu proċessuri biss, proċessuri li huma wkoll importaturi, proċessuri mħallta oħra n.e.c.

(***)  Operaturi oħra jinkludu negozjanti (bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut), operaturi oħra n.e.c.

(****)  Produtturi agrikoli jinkludu produtturi agrikoli biss, produtturi li huma wkoll proċessuri, produtturi li huma wkoll importaturi, produtturi mħallta oħra mhux klassifikati x’imkien ieħor (n.e.c.)

(*****)  Proċessuri jinkludu proċessuri biss, proċessuri li huma wkoll importaturi, proċessuri mħallta oħra n.e.c.

(******)  Operaturi oħra jinkludu negozjanti (bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut), operaturi oħra n.e.c.

(*******)  Produtturi agrikoli jinkludu produtturi agrikoli biss, produtturi li huma wkoll proċessuri, produtturi li huma wkoll importaturi, produtturi mħallta oħra mhux klassifikati x’imkien ieħor (n.e.c.)

(********)  Proċessuri jinkludu proċessuri biss, proċessuri li huma wkoll importaturi, proċessuri mħallta oħra n.e.c.

(*********)  Operaturi oħra jinkludu negozjanti (bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut), operaturi oħra n.e.c.

(1)  Huma inklużi biss l-irregolaritajiet u l-ksur li jaffettwa l-istat organiku tal-prodotti u/jew li rriżultaw fl-applikazzjoni ta’ miżura..

(2)  Meta tinstab irregolarità fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandu jiżgura li ma ssir l-ebda referenza għall-metodu ta’ produzzjoni organika fit-tikkettar u r-reklamar tal-lott jew il-proċess tal-produzzjoni kollu affettwat minn din l-irregolarità, fejn din tkun proporzjonata għar-relevanza tar-rekwiżit li nkiser u għan-natura u ċ-ċirkostanzi partikolari tal-attivitajiet irregolari (kif imsemmi fl-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007).

(3)  Meta jinstab ksur sever jew ksur b’effett imtawwal, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandu/ha jipprojbixxi/tipprojbixxi lill-operatur ikkonċernat milli jirreklama prodotti li jirreferu għall-metodu tal-produzzjoni organika fit-tikkettar u r-reklamar għal perjodu li għandu jintlaħaq qbil fuqu mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007).

(**********)  Il-produtturi agrikoli jinkludu produtturi agrikoli biss, produtturi li huma wkoll proċessuri, produtturi li huma wkoll importaturi, produtturi mħallta oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor (n.e.c.).

(***********)  Il-proċessuri jinkludu l-proċessuri biss, proċessuri li huma wkoll importaturi, proċessuri mħallta oħrajn n.e.c.

(************)  Operaturi oħrajn jinkludu kummerċjanti (bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut), operaturi oħrajn n.e.c.

(4)  Reviżjoni tad-dokument tad-dokumenti ġenerali relevanti li jiddeskrivu l-istruttura, il-funzjonament u l-ġestjoni ta’ kwalità tal-korp ta’ kontroll. Awditjar tal-uffiċċju tal-korp ta’ kontroll, inkluż il-kontroll ta’ fajls tal-operaturi u l-verifika tat-trattament tan-nuqqas ta’ konformità u l-ilmenti, inkluż il-frekwenza tal-kontroll minima, l-użu ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju, żjarat mhux imħabbra u ta’ segwitu, il-politika tat-teħid ta’ kampjuni u l-iskambju ta’ informazzjoni ma korpi ta’ kontroll u awtoritajiet ta’ kontroll oħrajn.

(5)  Awditu ta’ reviżjoni: spezzjoni ta’ operatur mill-awtorità kompetenti biex tivverifika l-konformità mal-proċeduri ta’ tħaddim tal-korp ta’ kontroll u biex tivverifika l-effettività tiegħu.

(6)  Awditu permezz ta’ xhieda: osservazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ spezzjoni minn spettur tal-korp ta’ kontroll.


Top